Left arrow Mur Lura

IL-MINISTERU JOE BORG F'LAQGHA MAL-MINISTRU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN FRANCIZ HUBERT VEDRINE

PR0500
Date Icon 18/04/2000

IL-MINISTRU JOE BORG F'LAQGHA MAL-MINISTRU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN FRANCIZ HUBERT VEDRINE

Il- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Joe Borg, ghamel zjara ta' jumejn f'Parigi ghal-laqghat ma' l-Awtoritajiet Francizi in vista tal-Presidenza Franciza tal-Unjoni Ewropea, li tibda fl-ewwel ta' Gunju li gej.

Matul dawn il-jumejn, il-Ministru Borg iltaqa' mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Franciz, Hubert Vedrine, fejn iddiskuta, fost affarijiet ohra, il-programm tal-Presidenza Franciza, b'mod partikolari f'dak li ghandu x'jaqsam mat-tkabbir, kif ukoll temi ta' natura regjonali u bilaterali. Il-Ministru Vedrine kien gie Malta fl-okkazjoni tal-laqgha tal-Mediterranean Forum, f'Marzu tal-1999.

Il-Ministru Borg iltaqa' wkoll mal-Ministru responsabbli ghall-Affarijiet Ewropej, Pierre Moscovici, fejn iddiskutew fid-dettall l-applikazzjoni ta' Malta, kif ukoll in-negozjati li bdew fil-15 ta' Frar. Il-Ministru Moscovici gie mistieden jzur Malta is-sena d-diehla.

Il-Ministru Borg kellu wkoll l-opportunit'� jiltaqa', fost ohrajn, mal-membri tal-Gruppi ta' Hbiberija Franza-Malta fl-Assemblea Nazzjonali u fis-Senat, Madame Marie-Helene Aubert u s-Senatur Jacques Legendre rispettivament, waqt ikla li ghaliha attendew ukoll ufficjali gholja fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Franciz.

Id-delegazzjoni kienet tinkludi l-Ambaxxatur ta' Malta ghal Franza, il-Prof. Salvino Busuttil, ic-Chairman tal-Core Negotiating Group, Richard Cachia Caruana, l-Ambaxxatur Malti fi Bruxelles, Victor Camilleri, u Patrick Tabone, l-Assistant Personali tal-Ministru Borg.

DOI 18.04.2000

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow