ITTRA MILL-ONOR. CENSU GALEA, MINISTRU GHAT-TRASPORT U KOMMUNIKAZZJONI LI BAGHAT LILL-KUNSILLI LOKALI KOLLHA TA' MALTA U GHAWDEX
Dan li jsegwi huwa t-test ta' ittra li l-Onor. Censu Galea, Ministru Ghat-Trasport u Komunikazzjoni, baghat lill-Kunsilli Lokali kollha ta' Malta u Ghawdex.
Lill-Kunsill Lokali
Sinjur
M'għandix dubju li wieħed mis-su''etti li spiss ikunu diskussi fi ħdan il-Kunsill Lokali tiegħek jolqot it-trasport pubbliku fil-lokalita'. Dan ħafna drabi jkun l-effett ta' rapporti li jitwasslu lill-kunsill tiegħek dwar nuqqasijiet fis-servizz li suppost ikun qed jingħata, iżda li ma jingħatax jew jingħata ħażin.
Bil-għan li nkun nista', flimkien ma' l-Awtorita għat-Trasport Pubbliku, u ma' l-Assoċjazzjoni tas-sidien tal-karozzi tal-linja, niddiskuti l-bidliet radikali li hemm bżonn f'dan is-settur, qed nitlob su''erimenti konkreti dwar il-mod ta' kif is-servizz jista' jitjieb fl-inħawi tiegħek.
Billi s-servizz fil-lokalita' tiegħek iservi ukoll lokalitajiet oħra nitolbok li, jekk jista' jkun, is-su''erimenti tiegħek isiru flimkien ma' dawk tal-Kunsilli lokali l-oħra li jużaw l-istess servizz tat-trasport. Qed nistenna su''erimenti mhux lista ta' ilmenti.
Nitolbok li tibgħatli dawn is-su''erimenti mhux iktar tard mill- 15 ta' Mejju.
Censu Galea
N.B. Din l-ittra ser ti'i mgħoddija lill-meżżi ta' komunikazzjoni biex niżguraw li jekk hemm individwi li jkunu lesti jibagħtu s-su''erimenti tagħhom ikunu jistgħu jagħmlu dan huma ukoll.
18.04.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN