Left arrow Mur Lura

ISSIR L-EWWEL SEDUTA TAT-TRIBUNAL LOKALI F'TAS-SLIEMA

PR0497
Date Icon 18/04/2000

ISSIR L-EWWEL SEDUTA TAT-TRIBUNAL LOKALI F'TAS-SLIEMA

 Il-bieraħ, it-Tnejn 17 t' April 2000, inżammet l-ewwel seduta tat-Tribunal Lokali f'pajjiżna. Din saret fit-Tribunal Lokali ta' Sliema, li jinkludi l-lokalitajiet ta' Pembroke, San Ġiljan, San Ġwann, Sliema u Swieqi. Din is-seduta kienet ippreseduta mill-Kummissarju tal-Ġustizzja Dr. Robert Mangion, filwaqt li l-prosekuzzjoni f'isem il-Kunsilli Lokali saret mill-Avukatessa Dr. Sandra Sladden.

F'din is-seduta instemgħu total ta' 109 każi, li minnhom, 16-il każ kienu lliberati, 14 ħalsu ċ-ċitazzjoni qabel instema' l-każ, 14-il każ kienu differiti, filwaqt li 66 instabu ħatja. Minn dawn it-66 każ, 19 instabu ħatja wara li kkontestaw, 3 ammettew, filwaqt li 44 instabu ħatja għax ma dehrux quddiem it-Tribunal.

Il-każi kollha jfissru total ta' Lm1,650 f'multi li jinqassmu f'Lm1,030 f'ċitazzjonijiet u Lm620 f'penali imposti mit-Tribunal jekk il-każ jitqies frivolu. Lm365 tħallsu dak il-ħin stess li kien deċiż il-każ.

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt, f'kumment dwar din l-ewwel seduta qal li jidher ċar, li bis-sistema kif addotatta, se jkun ferm aktar diffiċli li każijiet jaqgħu minħabba l-preskrizzjoni.

"Is-serjet'� tas-sistema tfisser, li kulħadd irid l-ewwelnett joqgħod attent li ma jiksirx il-li'i, u li jekk jiksirha, l-aħjar mod huwa li 'ustament iħallas il-multa definita fil-li'i," żied jgħid Dr. Gatt.

Huwa temm il-kumment tiegħu billi fakkar li l-flus kollha mi'bura minn dawn il-multi se jmorru għand il-Kunsilli Lokali rispettivi fejn tkun saret il-kontravenzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow