PJAN GHALL-IMMANIGGJAR TAT-TRAFFIKU MADWAR L-IMDINA
PJAN G'�ALL-IMMANIĠĠJAR TAT-TRAFFIKU MADWAR L-IMDINA
F'dawn il-'ranet beda jitwettaq pjan għall-immani''jar tat-traffiku madwar u fl-Imdina. Dan il-pjan, li qed isir mill-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina, jinkludi l-irran'ar u kisi ta' toroq li jwasslu għall-Imdina u tal-parke''i li hemm fl-inħawi.
Ix-xogħol li qed isir bħalissa jikkonsisti f'titjib sostanzjali ta' Triq l-Għareqin, li twassal minn taħt l-Imtarfa għall-foss ta' l-Imdina. Din il-parti tal-pro'ett, li se tiswa madwar Lm80,000, tikkonsisti fit-twessiegħ ta' parti mit-triq, il-kisi tat-triq kollha bit-tarmak, il-bini mill-'did ta' ħitan tas-sejjieħ imwaqqa', il-bini ta' bankina madwar is-swar biex il-vetturi ma jipparkjawx mal-ħajt tas-sur, u l-irran'ar tal-parke'' f'dik il-parti ta' l-Imdina. Ix-xogħol qed isir taħt id-direzzjoni tad-Dipartiment tat-Toroq.
Waqt żjara li għamel dalgħodu flimkien mal-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni Ċensu Galea, il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li dan il-pro'ett hu wieħed minn diversi inizjattivi li qed jitfasslu mill-Pro'ett ta' Riabilitazzjoni ta' l-Imdina bl-iskop li din il-belt antika tingħata l-attenzjoni li jixirqilha.
Hu qal li l-pro'ett ta' Triq l-Għareqin għandu l-iskop mhux biss li jtejjeb l-aċċess lejn l-Imdina mill-parti t'isfel ta' l-Imtarfa, iżda wkoll li jibda jsir użu minnha mill-coaches li jwasslu lit-turisti fl-Imdina, biex b'hekk ikun jista' jonqos il-volum ta' traffiku fuq is-Saqqajja. Hu qal li għal dan l-iskop se jinħoloq spazju apposta fejn ikunu jistgħu jipparkjaw il-coaches.
Hu semma wkoll li bħalissa qed isiru diskussjonijiet mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni bl-iskop li jitneħħew kmamar li hemm ħdejn il-Bieb tal-Griegi ħalli b'hekk ikunu jistgħu jibdew jitneħħew strutturi li hemm fil-foss u li ma jaqblux ma' l-ambjent ta' l-inħawi. Barra minn hekk, se jkun restawrat ukoll il-Bieb tal-Griegi.
Il-Ministru Zammit Dimech żied li minkejja li l-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina ilu anqas minn sena mwaqqaf, di''� ħa diversi inizjattivi biex l-Imdina ter'a' tingħata d-dehra u l-importanza li jixirqilha. Hu semma li, fost l-oħrajn, tħejja programm ta' tliet snin ta' restawr u titjib ambjentali, filwaqt li bdew jittieħdu miżuri ur'enti biex ma tkomplix issir aktar ħsara fil-Palazz tal-Vilhena.
Fil-fatt, dwar dan il-palazz kien finalizzat rapport minn kummissjoni mwaqqfa apposta u tneħħa ħafna materjal li kien qed jagħmel ħsara lis-soqfa tal-palazz. Qed jitħejja wkoll rapport ieħor dwar il-faċċata ta' Banca Giuratale.
Hu rrifera wkoll għall-master plan li se jsir għall-Imdina u qal li fil-jiem li 'ejjin għandha tasal Malta l-Professoressa Taljana Tatiana Kirova, mill-Universit'� ta' Milan, biex tkun tista' tibda t-tħejjijiet għal dan il-pjan.
Waqt din iż-żjara ż-żew' Ministri kienu akkumpanjati mill-Perit Dennis de Lucca, iċ-Chairman tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina, mis-Sur Ray Bondin, Koordinatur Eżekuttiv tal-Pro'ett, u mis-Sur Mario Galea Testaferrata, is-Sindku ta' l-Imdina.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN