PROĠETT SAJF
Il-Bord għall-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti, fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni qed iniedi "Pro'ett Sajf" li hu programm ta' xogħol fis-Sajf għal studenti universitarji.
Dan il-programm hu maħsub biex matul il-'imgħat tas-Sajf, studenti universitarji jwettqu numru ta' pro'etti li jkunu sottomessi minn Dipartimenti tal-Gvern u Għaqdiet Mhux Governattivi u Volontarji, wara li dawn ikunu aċċettati minn Bord imwaqqaf apposta għal dan l-iskop.
Għaqdiet Mhux Governattivi u Volontarji li di'a` jaħdmu fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u l-kultura, ħarsien soċjali, protezzjoni ta' l-ambjent, sport u żgħażagħ fuq livell nazzjonali, huma mistiedna jissotomettu proposti ta' pro'etti li jistgħu jitwettqu minn studenti universitarji, li fl-istess waqt jingħataw esperjenza qasira, iżda valida ta' xogħol.
Dettalji dwar dan il-programm, kundizzjonijiet u formoli għas-sottomissjonijiet ta' proposti jinkisbu mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jċempel fuq 2598-2538.
Il-proposti ta' pro'etti jridu jaslu fit-Taqsima tal-Customer Care fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni mhux aktar tard mill-5.00 p.m. ta' nhar il-Ġimgħa, 28 ta' April, 2000.
Sadattant, dawk l-istudenti universitarji li jixtiequ jagħmlu din l-esperjenza ta' xogħol remunerattiv, jistgħu jiksbu formola ta' l-applikazzjoni mill-Uffiċċju ta' l-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti li hemm fl-Universita` stess u jirritornaw immedjatament fl-istess uffiċċju.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN