Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI

PR0492
Date Icon 17/04/2000

B'riferenza għall-istqarrija tal-bieraħ tad-deputati Karl Chircop u Marie Louise Coleiro, il-Ministru Gonzi jer'a' jtenni li d-dettalji kollha dwar il-każ, u r-ragunijiet kollha tat-temm ta' mpjieg tas-Sur Robert Laurenti mal-ETC, di'a` 'ew mogħtija u ppreżentati fil-Parlament b'kopji tad-dokumenti kollha relatati li tpo''ew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Madankollu, għal darb'oħra, il-Kelliema ta' l-Oppożizzjoni qed jagħżlu li jibqgħu jgħidu stejjer fittizji għall-skopijiet oħra.

Kif intqal fil-Parlament, il-fatt hu li s-Sur Laurenti ta sehem importanti fl-iżvilupp ta' l-ETC, żvilupp li jibqa' rikonoxxut minn kulħadd. Il-fatt hu wkoll li l-ETC, b'mod awtonomu, ddeċidiet li tibda proċess bil-miftuħ li permezz tiegħu jintlaqgħu sejħiet għall-applikazzjonijiet ħalli jingħażel Kap Eżekuttivdesignate biex jieħu post is-Sur Laurenti malli jirtira. Il-fatt hu wkoll li sadanittant kienet faqqet il-kwistjoni tal-Koperattiva Ndafa Pubblika u, bi ftehim mas-Sur Laurenti, kien 'ie deciż li huwa jagħti l-kontribut tiegħu fil-qasam tal-Ko-operattivi. Kien għalhekk li ntlahaq ftehim li bis-saħħa tiegħu, l-impjieg tas-Sur Laurenti jintemm billi jitħallas dak li kien miftiehem miegħu.

Irrispettivament minn dak li jridu jippruvaw jimplikaw il-Kelliema ta' l-Oppożizzjoni, dan il-proċess kien kollu wiehed pubbliku u trasparenti u li 'ie awtorizzat u approvat b'mod unanimu mill-Bord tal-ETC, ji'ifieri mill-partijiet soċjali kollha.

Dan kollu jibqa' juri li għal darb'oħra l-Oppozizzjoni tinsab aktar konċernata b'kif ser tfixkel u timmina l-operat tal-Gvern milli biex tfittex metodi ta' kif tista' tipparteċipa sabiex jintrebħu l-isfidi li l-pajjiż għandu quddiemu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow