ZJARA F'MALTA MINN TLETT UFFICJALI MILL-KUMITAT OLIPIKU INTERNAZZJONALI
Tlett ufficjali mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali fl-ahhar jiem zaru Malta sabiex jaraw il-hidmiet li qeghdin isiru fl-isport f'Malta u l-programmi ta' ghajnuna li l-IOC jghati l-Malta permezz tal-Olympic Solidarity. Dawn l-ufficjali kellhom zewg laqghat fit-tul mas-Segretarju Parlamentari l-Onor. Jesmond Mugliett u l-ufficjali mill-Kumitat Olimpiku Malti. Laqgha minn dawn saret fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali fejn dawn l-ufficjali gew imdawwra mad-diversi progetti li qeghdin jitlestew, bhal-ufficini ghall-ghaqdiet, zewg squash courts, fitness diagnostic lab, fitness gym, dance studio, child care centre u multi use sportshall. Waqt din il-laqgha dawn l-ufficjali raw ix-xoghol li qieghed isir fl-ufficini godda tal-KOM u li mistennija jkunu lesti f'Mejju li gej. Il-Perit Mugliett spjega u wera l-pjanti tal-progetti tal-kumpless sportivi regjonali.
L-Ufficjali tal-IOC esprimew l-apprezzament taghhom ghall-hidma li diga qeghda tidher u l-impenn ghall-izvilupp kapitali fil-facilitajiet sportivi. Dawn l-ufficjali fahhru l-mod kif l-ghajnuniet li jghati l-IOC permezz tal-Olympic Solidarity qeghdin ikunu kumplimentari ghal ghajnuniet ohra tal-Gvern sabiex issir hidma aktar effettiva. Dan qeghed isir partikolarment fid-dixxplini ta' l-isparar, fl-ghawm u l-atletika fejn coaches barranin qeghdin ikunu ngaggati u mhallsa permezz ta' kontribuzzjonijiet mill-IOC u s-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Isport. Rizultati pozittivi ta' dawn l-ghajnuniet diga bdew jidhru.
Fit-tieni laqgha l-ufficjali tal-IOC u s-Segretarju Parlamentari ddiskutew ghajnuniet godda ghall-futur. L-aktar qasam li deher li jehtieg ghajnuna huwa t-tahrig u preparazzjoni ta' coaches Maltin. L-IOC weghdet li ser tesplora kif tista taghti ghajnuna diretta sabiex jinbnew strutturi ghall-preparazzjoni ta' dawn il-coaches. Qasam iehor fejn l-ufficjali tal-IOC urew li jistghu jghinu hija permezz ta' Coachesghal tim sports.
Fl-ahharnet l-istess ufficjali heggew lill-Kumitat Olimpiku Malti u l-Gvern Malti sabiex jippreparaw strategija fejn Malta tista' tigi zviluppata bhala pajjiz fejn kontingenti olimpici barranin ikunu jistghu jigu jaghmlu tahrig f'Malta. Il-htiega li pajjizna jkun jista joffri l-facilitajiet tieghu ghal tahrig ta' atleti barranin li zgur sejra tinhass zgur fi ftit snin ohra, qabel l-Olimpjadi f'Ateni f'2004.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN