Left arrow Go Back

STQARRIJA MID-DIVIZJONI TAS-SAHHA DWAR L-AZZJONI INDUSTRIJALI FL-ISPTAR MONTE CARMELI

PR0475
Date Icon 13/04/2000

STQARRIJA MID-DIVIZJONI TAS-SAHHA DWAR L-AZZJONI INDUSTRIJALI FL-ISPTAR MONTE CARMELI

Id-Divizjoni tas-Sahha tinnota b'dispjacir li, ghal darb'ohra, l-unions li jirrapprezentaw l-infermiera qed jiddeciedu li jabbandunaw il-morda. Fil-waqt li jghidu illi d-deployment ser inaqqas l-infermiera mis-swali b'mod sostanzjali u b'hekk jigi perikolat il-livell ta' kura, fl-istess waqt qed jghidu li l-azzjonjiet qed jehduhom biex l-infermiera ma jkunux perikolati. Fid-decizjoni taghhom li jordnaw strike totali minghajr ma jipprovdu servizz ta' emergenza, jidher car li ma taw l-ebda kaz tal-marid.

Kif jidher car fit-tabella annessa ma' din l-istqarrija, id-Divizjoni fil-waqt illi poggiet skill mix, ta' professjonisti b'maggoranza kbira ta' infermiera f'dawk is-swali fejn hemm akuti, qed tipprovdi numru anqas ta' infermiera b'numru akbar ta' carers f'dawk is-swali fejn ir-residenti jehtiegu biss supervizjoni minima. Din it-tabella turi wkoll li dak li qed jigi definit mill-unions bhala servizz ta' emergenza jipprovdi numru ta' infermiera minn dak li jezisti llum li bih l-infermiera huma kuntenti.

Minn meta giet implimentata s-sistema gdida ta' level 1 u level 2 supervision, f'Marzu 1999 il-proporzjon ta' overtime biex jigi provdut dan is-servizz naqas b'10% ghal madwar 40%, fil-waqt li gholiet b'mod sostanzjali l-ispiza direttament konnessa man-nuqqas ta' flessibilita` li tigi mhaddma fl-Isptar Monte Carmeli.

L-ezercizzju ta' klassifikazzjoni inbeda fl-1996 u l-unions jafu liem huma dawk is-swali li huma akuti, liema huma dawk medium stay, liema huma dawk li fihom hemm pazjenti li jinhtiegu kura medika fit-tul u liema huma dawk li fihom ir-residenti jieklu u jorqdu biss ghax m'ghandhom akkomadazzjoni alternattiva. Il-pazjenti ta' l-isptar komplew jigu klassifikati skond dawn il-htigijiet u hekk ser jibqa' jsir fuq perjodu ta' xhur sakemm kull sezzjoni ikollha dawk l-pazjenti li hija mharrga biex tiehu.

Fuq l-espejenza estensiva barra l-pajjiz u fuq esperjenza aktar limitata f'pajjizna qatt mhu tajjeb illi timbotta aktar milli jifilhu pazjenti biex jinhargu ‘l barra minn sptar mentali. Dan ghaliex tista' tinholoq sitwazzjoni fejn dawn il-morda ikunu suggetti ghal stress li ma jifilhux ghalih u b'hekk tehzien il-kundizzjoni taghhom. Il-pjan fit-tul ghal dawn it-tip ta' morda huwa li jinholqu djar residenzjali sheltered fil-komunita`. Id-Divizjoni taf li minn issa jekk trid tista' tibda process li permezz tieghu tiddikjara swali fejn jinzammu morda li ghandhom biss htigijiet ta' housing socjali bhala residenzi u ghaldaqstant tapplika ghal dawn is-swali l-livelli ta' skill mix li hemm, per ezempju, fl-Isptar San Vincenz jew fid-djar residenzjali ta' l-anzjani, minghajr ma toqghod tistenna li jkun hemm dawn id-djar residenzjali fil-komunita`. Peress illi d-Divizjoni weghdet li ma tittrasferi lil hadd mill-infermiera ezistenti 'l barra mill-Isptar Monte Carmeli, id-decizjoni li numru ta' swali jigu dikjarati residenzi giet posposta. Dan ghaliex ukoll ser ikun awtomatikament possibbli li taghmel dan fuq numru ta' snin meta jibdew jonqsu l-infermiera f'dan l-isptar minhabba li jirtiraw bl-eta`. Din hija r-raguni ghalfejn, fil-waqt li l-ezercizzju ta' klassifikazzjoni baqa ghaddej, id-Divizjoni ma komplietx timplimenta l-process ta' dikjarar ta' swali bhala residenzi.

Id-deployment propost huwa sitwazzjoni intermedja li fil-waqt li tissalvagwardja l-htigijiet tal-morda, tassigura li r-rizorsi umani u finanzjarji jigu uzati b'mod ghaqli ghall-gid tal-marid u minghajr hela a skaptu ta' min ihallas it-taxxi. Id-deployment tad-Divizjoni tas-Sahha fil-waqt li joffri numru akbar ta' infermiera fis-servizzi akuti milli qed jitolbu ghalih il-unions, f'dawk is-swali fejn il-workload hija baxxa qed jigi assigurat numru adegwat ta' professjonisti u carers li jilhqu sew u jibbilancjaw b'mod aktar realistiku l-htigijiet ta' nursing u l-htigijiet ta' kura personali ez. Hasil tal-pazjent u provediment ta' l-ikel.

Id-Divizjoni tas-Sahha tirriafferma illi l-flessibilita` mhiex negozzjabbli imma f'dan l-isfond tkun lesta li tasal biex tiddiskuti diversi punti li tqajmu mill-istess unions fil-korrispondenza taghhom mad-Divizjoni.

Table Follows …/…

N.B. FOLLOWING TABLE REPLACES TABLE HANDED OUT DURING THIS AFTERNOON'S PRESS CONFERENCE

DEPLOYMENT OF NURSING STAFF AT MOUNT CARMEL HOSPITAL

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow