Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GONZI JIDDEPLORA L-ATTEGJAMENT TAL-PERIT BUONTEMPO

PR0474
Date Icon 13/04/2000

IL-MINISTRU GONZI JIDDEPLORA L-ATTEGJAMENT TAL-PERIT BUONTEMPO

Waqt li kien diehel sabiex jiftah konferenza nazzjonali dwar il-Housing l-Agent Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi gie mwaqqaf minn grupp zghir ta' individwi mmexxija mill-Perit Stefan Buontempo li kien jokkupa l-kariga ta' konsulent ta' l-ex-Ministru tad-Djar Freddie Portelli, u gie mistoqsi r-raguni il-ghala persuni bi bzonn ta' housing ma gewx mistiedna ghall-Konferenza Nazzjonali.

Fil-kummenti tieghu il-Ministru ghall-Politika Soċjali stieden lil dawk kollha prezenti sabiex jipparteċipaw b'mod attiv fil-konferenza li saret illum u staqsihom x'kienet ir-raguni li ghaliha huma ma applikawx sabiex jipparteċipaw fil-konferenza. Il-Ministru Gonzi qal li kull min xtaq jattendi u ma kellux il-mezzi inghata l-opportunita' li jattendi minghajr ma jhallas. Madankollu, il-Ministru Gonzi rega' stieden lil dawk kollha prezenti sabiex jiehdu sehem fil-konferenza minghajr ma jhallsu. Dan, tenna il-Ministru Gonzi, ma setax japplika ghall-kaz tal-Perit Stefan Buontempo li ċertament kellu l-hin u l-mezzi kollha neċessarji sabiex jattendi u jipparteċipa fil-Konferenza Nazzjonali bhall-parteċipanti ohra.

Irrispettivament minn din l-istedina, il-Perit Stefan Buontempo ghazel li jibqa' barra mill-Konferenza minghajr ragunijiet sodisfaċenti. Il-Ministru Gonzi ddeplora l-atteggjament tal-Perit Stefan Buontempo li, ghal'darb ohra, ipprova jiehu vantagg politiku minn sitwazzjoni li tirrigwarda persuni li huwa suppost jghin. Dan mhuwiex mod serju ta' kif titratta qasam daqstant sensittiv.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow