STQARRIJA KONGUNTA MILL-MINISTERU GHAL GHAWDEX U L-KUNSILL LOKALI TA' HAZ-ZEBBUG
PR0470
13/04/2000
STQARRIJA KONGUNTA MILL-MINISTERU GHAL GHAWDEX U L-KUNSILL LOKALI TA' HAZ-ZEBBUG
Nirreferu ghall-artiklu li deher fil-harga tat-"Torca" ta' nhar il-Hadd, 9 t'April 2000, dwar ic-chinese canopies li hemm fil-gnien tal-Qbajjar.
Nixtiequ nghidu li aktar kmieni din is-sena saru tahditiet bejn il-Ministeru ghal Ghawdex u l-Kunsill Lokali taz-Zebbug dwar l-ahjar mod biex tinstab soluzzjoni ghall-din il-problema, u specjalment biex jitnehha l-periklu.
Fil-fatt il-Kunsill Lokali taz-Zebbug diga' qieghed fil-process biex jigbor quotations ghall-qlugh ta' dawn il-canopies.
Huwa pprogrammat li dawn il-canopies jigu eventwalment mibdula ma' ohrajn ta' materjal aktar adattat ghall-kundizzjonijiet ambjentali difficli tal-post.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN