Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI GHALL-AMMINISTRAZZJONI TAL-GUSTIZZJA DWAR IL-PUBBLIKAZZJONI TAR-RAPPORT TAGHHA

PR0467
Date Icon 13/04/2000

Din li ssegwi hija stqarrija mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja dwar il-pubblikazzjoni tar-Rapport tagħha.

IL-KUMMISSJONI GHALL-AMMINISTRAZZJONI TAL-GUSTIZZJA TIPPUBLIKA R-RAPPORT

Il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, ippreseduta mill-E.T. Prof. Guido de Marco, President ta' Malta, illum qed tippublika r-Rapport tagħha. Dan ir-rapport kien mibgħut lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Kunsilli Lokali Austin Gatt, fis-6 ta' April 2000, kif provdut fl-Art. 101A(12) tal-Kostituzzjoni ta' Malta. Ma' dan ir-rapport qed ji'i anness studju statistiku tal-Prof. Anton Buhagiar.

F'dan ir-rapport, il-Kummissjoni spjegat l-operat tagħha f'dawn l-aħħar snin u ttrattat dawk il-materji li fil-fehma tagħha huma ta' natura gravi u li jeħtie'ilhom attenzjoni partikolari, u f' ċerti aspetti ur'enti.

Fir-rapport tagħha l-Kummissjoni ittrattat il-problema serju tan-numru kbir ta' kawżi li hemm pendenti quddiem il-Qrati u għamlet il-proposti tagħha għall-futur skond ma' titlob il-li'i.

----------

Dan ir-rapport qieghed isir skond dak li jipprovdi l-Art. 101A (12) tal-Kostituzzjoni ta' Malta.

Il-Kummissjoni ltaqghet minn meta giet kostitwita 59 darba taht il-presidenza ta' l-Eccellenza Tieghu Ugo Mifsud Bonnici, u 12 il-darba taht il-presidenza ta' l-Eccellenza Tieghu Guido de Marco.

Fil-kors ta' dawn il-laqghat, il-Kummissjoni kkonsidrat fil-fond diversi problemi relatati ma' l-amministrazzjoni tal-qrati u dik tal-gustizzja, bhal, per ezempju, il-problema tad-dewmien fis-smiegh tal-kawzi, is-sistema tal-Master, il-problema tan-nuqqas ta' staff fil-qrati, dik tal-kondizzjonijiet generali tax-xoghol tal-gudikanti, u il-problema akuta tan-nuqqas ta' spazju fl-edificcju tal-qrati. Fuq diversi minn dawn il-problemi u ohrajn li gew diskussi, il-Kummissjoni minn zmien ghal zmien ghamlet rakkomandazzjonijiet lill-Ministru tal-Gustizzja.

Fil-kontest tad-diskussjonijiet li perjodikament il-Kummissjoni kellha dwar id-dewmien fis-smiegh tal-kawzi u l-kumulu ta' kawzi arretrati li jezisti fil-qrati, hija hadet ukoll l-inizjattiva li tikkummisjona studju xjentifiku biex tigi analizzata l-informazzjoni kollha disponibbli fir-rigward, iddiskutiet ir-rapport ippreparat mill-espert il-Professor Anton Buhagiar u anke eventwalment ghaddiet dak ir-rapport bl-osservazzjonijiet taghha lill-Ministru tal-Gustizzja ta' dak iz-zmien; qieghed jigi anness ma' dan ir-rapport studju statistiku ta' l-istess Prof. Buhagiar.

Fil-kors ta' dawn il-laqghat, u kif hemm provdut fil-ligi, il-Kummissjoni kellha riferita lilha mill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rapprezentanti zewg avvizi formali li kienu gew ipprezentati lill-Kamra tar-Rapprezentanti ta' zewg mozzjonijiet ghat-tnehhija ta' gudikanti, wahda ghat-tnehhija ta' Magistrat u l-ohra ta' Mhallef. In segwitu ghal dawn iz-zewg riferenzi il-Kummissjoni nvestigat iz-zewg kazijiet u wara li semghet il-provi migjuba u ddeliberat, ghaddiet ir-rapporti relattivi kontenenti l-konkluzjonijiet taghha lill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rapprezentanti kif previst mill-Ligi. Fil-kors ta' l-ezercizzju ta' din il-funzjoni, il-Kummissjoni elaborat ukoll il-principji li kellhom jirregolaw il-procedura u biex jigi assigurat li l-principji bazilari ta' gustizzja jigu garantiti.

Fil-kors ta' dawn il-laqghat, il-Kummissjoni, ukoll, elaborat u eventwalment approvat Kodici ta' Etika ta' l-Avukati u tal-Prokuraturi Legali fit-termini tal-funzjoni affidata lilha mill-Att XI tal-1994 u hadet hsieb li l-istess jigi stampat u maghmul disponibbli anke ghall-pubbliku.

Matul dawn l-ahhar snin wara li gie kostitwit il-Kumitat taghha ghall-Avukati u Prokuraturi Legali hija rceviet regolarment rapporti dettaljati tal-operat ta' l-istess Kumitat. F'xi okkazjonijiet hija wkoll irceviet u iddecidiet appelli minn decizjonijiet tal-Kumitat imsemmi.

Funzjoni mportanti li l-Kummisjoni ezercitat minn kemm ilha tiffunzjona kienet dik li tircievi lmenti mill-pubbliku. Ghal dan il-fini gie allestit ufficcju mghammar b'dak kollu necessarju biex il-membri tal-pubbliku li xtaqu jkollhom access ghal/u intervent tal-Kummissjoni jkunu jistghu jottjenuh. Dan l-ufficcju jinzamm miftuh bhal kull ufficcju iehor amministrattiv u dawk il-membri tal-pubbliku li jirrikjedu hekk tinghatalhom ukoll assistenza biex jifformulaw l-ilmenti taghhom. Matul is-snin dawn l-ilmenti tressqu quddiem il-Kummisssjoni li kkonsidrathom kollha u fejn kien necessarju ttiehdu l-passi opportuni biex jinghata soddisfazzjon lil min ikun ghamel l-ilment. Hafna minn dawn l-ilmenti fil-fatt il-maggior part taghhom, kienu jezorbitaw mill-kompetenza tal-Kummissjoni. Ohrajn li kienu jirrigwardaw kondotta jew agir ta' Avukati u/jew Prokuraturi Legali gew riferiti lill-Kumitat fuq imsemmi u ohrajn rigwardanti kawzi pendenti nvestigati bil-kooperazzjoni tal-Prim Imhallef.

F'dan ir-rapport il-Kummissjoni sejra tittratta dawk il-materji li fil-fehma taghha huma ta' natura gravi u li jehtiegilhom attenzjoni partikolari, u f'certi aspetti urgenti.

I. Kawzi Pendenti

In-numri ta' kawzi pendenti quddiem il-qrati huwa eccesivament qawwi. L-istatistika taghti xhieda qawwija ta' dan; tixhed ukoll l-effett kumulattiv tan-numru ta' snin li fit-tul taghhom kattru s-sitwazzjoni attwali.

It-total tal-kawzi pendenti fil-Qrati Civili, inkluzi dawk Kostituzzjonali, Appelli Civili Superjuri u Inferjuri, Prim Awla, u Qorti Civili tal-Magistrati, fl-1967 kien ta 1,954. Dawk pendenti fis-sena 2000 huwa 14,745.

Hlief fis-snin 1986, 1989, 1990, 1991, 1992 u 1999, in-numru ta' kawzi introdotti dejjem issupera n-numru ta' kawzi decizi.

Fit-Tribunali Civili fis-sena 2000 hemm pendenti 1,567kaz; it-Tribunali Civili jinkludu l-Bord ta' l-Arbitragg dwar Artijiet, il-Bord li jirregola l-Kera, Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-raba u Tribunal ghat-talbiet iz-zghar.

It-total tal-kawzi ta' natura civili pendenti fil-Qrati u fit-tribunali jwasslu ghal total ta' 16,312.

It-total tal-kawzi pendenti quddiem il-Qorti ta' l-Appell Civili u Superjuri fl-1967 kien 90, fl-2000 huwa 958.

It-total tal-kawzi pendenti quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Civili (inkluz f'dan it-total dawk tal-Qorti tal-Kummerc kif allura kostitwit)
fl-1967 kien ta' 1,827
Fl-2000 huwa 10,244

Din l-istatistika hija wahda negattiva. Ghalkemm kull statistika hija nkompleta u taghti lok ghal-differenzazzjoni, kommenti u mizura ta' kritika, izda l-effett komulattiv taghha huwa wiehed li jibghat messagg car u univoku; dak li bir-rata prezenti ta' kawzi decizi minn kull gudikant (medja ta' 350 – 400 kawza fis-sena fil-Prim'Awla tal-Qorti Civili) u bil-procedura prezenti kif ukoll bin-numru ta' gudikanti li hemm attwali, il-kawzi pendenti ma jistawx jigu decizi fi zmien mixtieq.

A bazi ta l-istatistika hu evidenti li jekk ma jittiehdux mizuri radikali, m'hemmx tama li s-sitwazzjoni attwali tista timmeljora, anzi hemm l-indikazzjonijiet kollha li tista tippegjora.

Il-Kummissjoni kkonsidrat ukoll il-volum tax-xoghol li hemm fi-Sekond'Awla, li fl-isfond tal-ligi kif giet emendata fl-1993 tirrikjedi Mhallef dedikat ghal dan ix-xoghol biss.

II Pjan ghall-futur

  1. L-introduzzjoni tal-Master kellha effetti pozittivi limitati. Dan anke ghaliex ma nghatawx dawk l-istrutturi amministrattivi biex tkun tista tiffunzjona kif originarjament mahsub. Serviet biex ma jkunx hemm tul taz-zmien eccessiv biex il-partijiet jidhru quddiem gudikant. Pero' in realta' dak li jsir quddiem il-Master, meta l-kawza tkun kontestata, hu dak li wiehed ikun jaf quddiem min u meta sejra tibda l-kawza; fi kliem iehor fl-ewwel seduta wiehed hu cert li l-kawza sejra tigi differita.

  2. Hemm assenti procedura fejn jigi ippjanat il-"cursus" tal-kawza mal-partijiet u l-konsulenti legali taghhom, fil-prezenza ta' l-assistent gudizzjarju.

  3. Il-limitazzjoni kwazi totali ghan-nomina ta' perit legali, jehtieg li tigi rivalutata. Il-problema bazi tal-perizji kienet mhux l-istituzzjoni bhala tali, izda l-abbandun ta' "monitoring" gudizzjarju mill-gudikant, u in-nuqqas ta' ko-operazzjoni da parti ta diversi konsulenti legali.

  4. Hadd ma jrid jirritorna ghaz-zmien meta l-kawzi quddiem l-imhallef jigu sbarazzati billi jintbaghtu quddiem perit legali, izda fil-moderazjoni tinstab is-soluzzjoni li tghin l-ispeditezza tal-kaz.

  5. Fondamentali ghal trattazzjoni serja u ekwa tal-problema kemm tal-kawzi pendenti, kif ukoll ta' l-eccess tal-kawzi ntrodotti ghall-kawzi decizi hu li n-numru tal-gudikanti jkun wiehed adegwat. Dan l-ezercizzju ghandu jiehu in konsiderazzjoni zewg objettivi partikolari:-

    a.  Li j0kun hemm numru sufficjenti ta' gudikanti biex ikunu jistghu jiddeciedu dak l-ammont ta' kawzi li jikkorrispondi ghal mhux inqas minn dak tal-kawzi li bhala medja jigu ntrodotti fis-sena.

    b. Li jkun hemm numru sufficjenti ta' gudikanti li jkollhom bhala kompitu dak li jiddisponu mill-"backlog" ezistenti u dan fi zmien ragjonevoli.

  6. Ghal dak li jirrigwarda iv (a), hu necesarju li tigi stabbilita procedura li tista tigi fdata f'idejn dina l-Kummissjoni, li rizultat taghha kultant zmien, e.g. kull triennju, jigi ezaminat u paragunat in-numru ta' kawzi ntrodotti u n-numru ta' kawzi decizi; jekk jirrizulta li ta' l-ewwel jeccedi t-tieni, b'regolarita' u b'mod li bin-numru ta' gudikanti ezistenti, dawn il-kawzi bhala medja ma jistghux jigu trattati u decizi, jigi rakkomandat li n-numru ta' gudikanti jigi mizjud biex jirregola dan l-eccess. Dan igib bhala effett li l-eccess tal-kawzi pendenti flok ma jkompli jikkrea kawzi arretrati, ikun hemm makkinarju "inbuilt" li permezz tieghu dawn jigu kontrollati.

  7. Ghal dak li jirrigwarda iv (b) hemm diversi soluzzjonijiet. L-iktar wahda logika hi dik: (a) li jigu nominati numru ta' mhalfin, li jkunu avukati ta' certa eta, u li ghalhekk ghandhom numru ta' snin limitati ta' ezercizzju tal-gudikatura, ghal meta jaslu biex jirtiraw, biex jiddedikaw ruhhom ghal dawn il-kawzi arretrati. Metodu iehor (b) li jista jigi konsidrat, ukoll, hi illi mhallef li jkun lehaq l-eta' biex jirtira, ikun lilu estiz iz-zmien biex jkun jista jiddisponi mill-kawzi pendenti quddiemu.

  8. Dawn il-proposti qeghdin isiru fl-isfond tan-numru ta' kawzi pendenti, u li jekk ma jsir xejn specifiku, inkunu qeghdin nikkundannaw dawn il-kawzi ghal dewmien mhux desiderat fir-rizoluzzjoni taghhom.Il-proposta (a) ghandha l-vantagg li de facto tillimita n-numru tal-imhallfin ghall-konkluzjoni tal-kawzi arretrati, fis-salvagward shih ta' l-indipendenza tal-gudikatura skond il-Kostituzzjoni;Il-proposta (b) ghandha l-vantagg li mhallef jibqa jitratta u jiddeciedi l-kawzi li ghandu quddiemu. Din tassigura gudikant mhux biss ta' certa esperjenza izda li jkun jaf il-kaz diga tajjeb biex jista jiddisponi minnu. Wiehed ghandu jirrileva l-possibilita ta' abbuz li dawn il-kawzi jistghu jitwalu skond ic-cirkostanzi.Ic-cirkostanzi huma tali li jirrikjedu studju u ghazla ta' alternattivi li filwaqt li jassiguraw l-indipendenza tal-gudikatura fl-istruttura tal-Kostituzzjoni jwasslu ghal soluzzjoni bizzejjed ekwa, tal-problema fondamentali ta' kawzi arretrati, li fil-Prim Awla tal-Qorti Civili biss, jeccedu l-ghaxart elef.

  9. Huwa essenzjali li jigi konsiderat ikunx ahjar l-amministrazzjoni tal- Qrati tkunx tgawdi minn awtonomija ikbar, ghal ahjar funzjonamet ta' l-istess Qrati .

  10. Hemm lok ghal snelliment tal-proceduri fil-kawzi.

III Il-gudikatura

i. Gudikatura kompetenti, indipendenti, ntegra, dedikata u motivata, huma indispensabbli ghall-governanza tal-pajjiz. L-amministrazzjoni tal-gustizzja titlob li l-pajjiz ikollu fiducja shiha, f'min ghandu r-responsabilita' iebsa li jiddeciedi l-kawzi, li huma rifless tad-drittijiet u l-obbligi ta' kull membru tas-socjeta.

Inutli li poplu jkollu ligijiet tajba, Kostituzzjoni serja u Konvenzjoni Europea li thares id-drittijiet tal-Bniedem jekk ma jkunx hemm gudikanti li fl-integrita', kapacita', indipendenza u dedikazzjoni taghhom jgharfu jaqdu l-obbligi taghhom skond il-Kostituzzjoni.

ii. Hu accettat li r-remunerazzjoni li l-gudikanti jircievu llum hu inadegwat.

iii. Il-pensjoni li ghaliha gudikant ghandu jkun ntitolat f'gheluq l-eta tieghu, trid tkun dik li tirrifletti posittivament fuq l- indipendenza tal-gudikant.

iv. L-ambjent li fih qeghdin jahdmu l-qrati llum ihalli hafna x'wiehed jixtieq. Ma hemmx awli bizzejjed, ma hemmx ufficcji fejn il-gudikant jista jahdem bl-assistenza ta' staff assenjat ghalih, ma hemmx "staff" li jorbot ma kull gudikant, li jahdmu flimkien b'"team spirit". Il-librerija tal-Qorti li nbdiet ghaxar snin ilu giet traskurata, mhux aggornata u ma taghtix dak is-servizz mehtieg. Ma hemmx "research unit" biex jassisti lill-gudikanti.

Ma hemmx bizzejed "back-up" staff preparat. Investiment f'dan ir-rigward jista jwassal ghal rendiment izjed effettiv tal-Qrati.

v. L-abbozz tal-kodici ta' etika tal-gudikanti mitlub lilhom ghadu ma ntbaghatx ghal konsiderazzjoni tal-Kummissjoni.

Il-Kodici ta' etika ta' l-avukati u tal-prokuraturi legali, qieghed jigi applikat skond dak li jiddisponi l-Att XI ta' l-1994.

IV Konkluzjoni

Dan ir-rapport hu mahsub li jikkoncentra fuq il-problema akuta fl-Amministrazzjoni tal-Gustizzja. Mhux rapport kompletament komprensiv izda hu wiehed li jolqot aspetti ta' l-Amministrazzjoni tal-Gustizzja li jehtigielhom attenzjoni mmedjata.

Din il-Kummissjoni pprovat f'dan ir-Rapport tiffoka fuq il-problemi l-iktar urgenti fl-Amministrazzjoni tal-Gustizzja.

Forsi ma hemm xejn partikolarment gdid f'dak li qieghed jigi rakkomandat, izda dan mhux biss ma jnaqqasx mill-importanza ta' dak li qieghed jinghad u li qieghed jigi propost, izda jenfasizza l-urgenza li jigu applikati s-soluzzjonijiet ghas-sitwazzjoni ferm serja li tezisti fil-Qrati, u li tista, jekk ma jittiehdux l-passi mehtiega, timmina l-istess amministrazzjoni tal-gustizzja.

Malta rnexxielha tul iz-zminijiet, jkollha professjoni legali, onesta, kapaci u integra, li kemm fl-operat taghha bhala gudikanti kemm fl-ezercizzju ta' l-avvokatura gharfet tirbah ir-rispett u l-istima tal-poplu. Wiehed minn dawn il-membri tal-professjoni legali li certament rebah dan ir-rispett kien l-Avukat Professur Rene Cremona, President tal-Kamra ta' l-Avukati, li mill-bidu ta' din il-Kummissjoni sa ftit granet qabel mewtu, gharaf jaghti l-kontribut siewi u meqjus tieghu ghall-ahjar amministrazzjoni tal-gustizzja.

Dan ir-rapport hu f'hafna aspetti rizultat tal-hidma tieghu ukoll.

Il-Kummissjoni tixtieq turi l-apprezzament taghha lill-Kumitat ghall-Avukati u Prokuraturi legali, stabbilit skond l-Artiklu 3, ta' l-Att Nru XI tal-1994, ghax-xoghol delikat u korrett li qieghed iwettaq. Il-Kummissjoni tirringrazzja lil Dott Anna Felice li tat is-servizz taghha bhala segratarja tal-Kummissjoni

Fl-ahharnett, il-Kummissjoni thoss ruhha onorata li qeghdha tassolvi l-kompitu lilha konferit mill-Kostituzzjoni fl-Artikolu 101A, u permezz ta' dan ir-rapport qed taghmel dawn ir-rakkomandazzjonijiet, lill-Ministru responsabbli ghall-Gustizzja, rakkomandazzjonijiet li, fil-fehma taghha, huma rimedji li jistghu jwasslu ghal-hidma iktar efficjenti tal-Qrati taghna.

Guido de Marco
President

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow