TEST TA' ITTRA MID-DIRETTUR GENERALI TAS-SAHHA LILL-MUMN, LILL-UHM U LILL-GWU RIGWARD ID-DEPLOYMENT TA' NURSES FL-ISPTAR MONTE CARMELI BI TWEGIBA GHALL-ITTRA LI RCIEVA MINGHANDHOM
Dan li jsegwi huwa t-test ta' ittra li ntbaghtet illum mid-Direttur Generali tas-Sahha, Dr. Ray Busuttil, lill-MUMN, lill-UHM u lill-GWU rigward id-deployment ta' nurses fl-Isptar Monte Carmeli, bi twegiba ghall-ittra li rcieva minghandhom.
------------------------
DH/1699/75/PO
12 ta' April 2000
Mr. C. Galea
Segretarju
Malta Union of Midwives & Nurses
Mr. J. Briffa
Segretarju Taqsima Haddiema fl-Isptarijiet
Union Haddiema Maghqudin
Ms J. Attard Sultana
Segretarja Taqsima Servizzi Pubblici
General Workers' Union
_______________________________________
DEPLOYMENT TA' NURSES FL-ISPTAR MONTE CARMELI
Nirreferi ghall-ittra taghkom dwar is-suggett hawn fuq imsemmi.
Nibda biex nerga nsostni li fid-diskussjonijiet li kellna fuq il-complement ta' nurses, il-kwistjoni tal-klassifikazzjoni ta' pazjenti qatt ma tqajjmet. Ma nahsibx li ghandi ninforma ruhi fuq it-tip ta' diskussjonijiet li saru la darba kont prezenti ghalihom jien. Diskussjonijiet mad-Direttur tal-Policy & Planning kienu fuq livell iehor u ma ghandhomx jigu mhallta ma dawn id-diskuzzjonijiet li bdew b'effett tal-ftehim li kien sar bejnietna f'Marzu tas-sena l-ohra.
Mill-proposti mibghuta jidher li intom qed tippersistu fil-posizzjoni li kontu hadtu f'Marzu tas-sena l-ohra ghax dawk mibghuta llum huma essenzjalment identici ma dawk mibghuta fit-30 ta' Marzu 1999. Dawn il-proposti diga gejtu mgharrfa li m'humiex accettabbli u jvarjaw b'mod esagerat minn dawk proposti mid-Divizjoni. Ma nahsibx li dan jindika attentat genwin biex jigu evalwati l-proposti tad-Divizjoni bl-iskop li jintlahaq ftehim.
Filwaqt li jiena nkun lest li niddiskuti l-punti 1-5 ta' l-ittra taghkom ghax hemm lok fejn niftehmu, ma narax li hemm skop li nibdew id-diskussjonijiet fuq il-complement mibghut minnkom. Ghalhekk nerga nappellalkom biex tirrevedu l-posizzjoni taghkom. Jekk intom tissottomettu proposti ta' complement li jersqu lejn dak propost mid-dipartiment, jiena nkun lest li nibda d-diskussjonijiet minnufih.
R. BUSUTTIL
Direttur Generali tas-Sahha
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN