Left arrow Mur Lura

L-AZZJONIJIET INDUSTRIJALI TAL-GWU

PR0444
Date Icon 08/04/2000

L-AZZJONIJIET INDUSTRIJALI TAL-GWU

Kuntrarju għal dak li stqarret il-General Workers' Union, l-azzjonijiet illegali li qed tordna għandhom effett negli'ibbli fuq il-Gvern iżda qed joħolqu inkonvenjent lill-pubbliku.

L-azzjoni li ordnat il-GWU fl-Enemalta biex ma jingħatax fuel lill-Pulizija u lid-Dipartimenti tal-Gvern s'issa kellha effett minimu fuq il-kunsinna. L-Enemalta nhar il-'�amis qdiet il-ħti'ijiet tal-Pulizija b'kunsinna ta' fuel fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, waqt li l-bieraħ twasslet kunsinna fil-garaxx tal-Gvern f''�al Kirkop li qed taqdi l-bżonnijiet tad-Dipartimenti tal-Gvern. Fejn kien hemm bżonn Korporazzjonijiet għamlu arran'amenti privati biex jaqdu l-bżonnijiet tagħhom ta' fuel.

Il-GWU ordnat li jitwaqqfu x-xogħlijiet li kienu waslu biex jintemmu fit-titjib tal-pipeline ta' l-aviation fuel bejn Birżebbu'a u l-Ajruport. Dan qed itawwal l-inkonvenjent għar-residenti ta' Birżebbu'a. Dan ix-xogħol kien qed isir minn impjegati tat-Tarzna li obdew id-direttivi illegali tal-union. L-azzjonijiet tal-GWU iżda ma kellhom ebda effett fuq il-Malta Shipbuilding u fil-parti l-kbira tax-xogħol tal-Malta Drydocks.

Il-posta tal-pubbliku indirizzata lill-Gvern li kienet imweħħla minħabba l-azzjoni tal-union (li wara 'iet irtirata) issa waslet kważi kollha fid-destinazzjoni tagħha. Fost il-posta li għadha mweħħla hemm ħlas ta' kontijiet li l-konsumaturi bagħtu f'self-addressed envelopes lill-Maltacom. Din il-posta għada wieqfa minkejja li nhar il-'�amis il-GWU iddeċidiet li ma tibqax tweħħel ittri tal-pubbliku indirizzati lill-Gvern u lill-Korporazzjonijiet.

Il-Maltacom u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sakemm iddum l-azzjoni ma jistgħux jibgħatu l-kontijiet fid-djar bil-posta. Dan ser ifisser li meta l-GWU ittemm l-azzjoni li ordnat fil-Maltapost il-konsumaturi ser jirċievu numru ta' kontijiet f'daqqa u ser ikompli jiżdied l-inkonvenjent b'riżultat t'azzjonijiet illegali.

Intant, mit-tmint elef ittra indirizzata lill-Gvern imweħħla fil-posta, sal-bieraħ kien għad baqa' biss tminn mitt ittra x'jitwasslu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow