SKOLA PRIMARJA F'HAL QORMI IMSEMMIJA GHALL-AVUKAT GORG ZAMMIT
SKOLA PRIMARJA F''�AL QORMI MSEMMIJA GHALL-AVUKAT ĠORĠ ŻAMMIT
Waqt ċerimonja fl-iskola primarja 'A' f''�al Qormi San Ġorg, l-iskola kienet msemmija għall-Avukat Ġor' Żammit. Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea wera l-apprezzament għax-xogħol siewi li l-avukat wetteq fis-snin tiegħu bħala għalliem, rumanzier, poeta u artist tal-grafika. Il-Ministru tenna li hu xieraq li l-Avukat Ġorg Żammit jitfakkar b'dan il-mod, kemm għaliex kien wild '�al Qormi kif ukoll għaliex kellu karriera twila ta' għalliem u ħadem ħafna biex jistabbilixxi l-identita` lingwistika tagħna, biex b'hekk Malta tkun tista` tasal fejn waslet illum.
Ġor' Żammit jibqa` jissemma għal ħafna affarijiet, kemm għall-poeżiji tiegħu kif ukoll il-pariri legali li kien jagħti minn fuq il-mezzi tax-xandir. Probbabilment jibqa' msemmi l-aktar għall-karattri tipiċi li kien ħoloq fl-istejjer Maltin tiegħu, l-aktar fil-persuna''i ta' Wenzu u Rożi li sabu xorti kbira fil-letteratura tagħna.
Il-Ministru ta' l-edukazzjoni ikkonkluda billi irringrazzja lil dawk kollha li ħadmu biex ifakkru lill-avukat Żammit, irringrazzja ukoll lill-familjari ta' Ġor' Żammit, li għenu biex titella` esebizzjoni tal-ħajja u x-xogħlijiet tiegħu. Il-Ministru għalaq iċ-ċerimonja billi kixef mafkar u lapida kommemorattiva lill-għalliem, artist u awtur Ġor' Żammit.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN