Left arrow Go Back

TNIEDA L-PROGRAMM NAZZJONALI TA' MONITORAGG TA' L-ARJA

PR0437
Date Icon 07/04/2000

TNIEDA L-PROGRAMM NAZZJONALI TA' MONITORAĠĠ TA' L-ARJA

Permezz ta' programm nazzjonali tal-kwalit'� ta' l-arja, il-pajjiż se jkollu stampa ċara, ibbażata mhux aktar fuq id-diċeriji iżda fuq ċertezza xjentifika, tal-kwalit'� ta' l-arja fil-gżejjer Maltin.

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta dalgħodu tnieda dan il-programm nazzjonali li qed isir permezz ta' apparat mixtri apposta u li qed jintwera lill-pubbliku fl-istand li d-Dipartiment għall-'�arsien ta' l-Ambjent għandu għall-Green Week, fiċ-Ċentru tal-Fieri fin-Naxxar. Hu qal li dan l-apparat se jgħin biex isiru magħrufa l-problemi u biex ikunu jistgħu jittieħdu l-miżuri adegwati minn kmieni.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li hu fatt magħruf li l-iżvilupp fis-soċjet'� tal-lum u fil-kwalit'� tal-ħajja qed ikollu impatt negattiv fuq l-ambjent li fih qed ngħixu, b'mod partikolari l-arja ambjentali li anki tifforma parti importanti mill-proċess tar-respirazzjoni fil-bniedem u fil-ħlejjaq kollha peress li hi dik li jrid jieħu n-nifs minnha kull wieħed u waħda minna.

Hu żied li hu wkoll fatt innegabbli li f'din l-istess arja qed jintefgħu kwantitajiet kbar ta' dħaħen b'mod partikolari mill-exhaust tal-vetturi u miċ-ċmieni ta' l-industriji u tal-power stations, li madankollu huma ħti'iet li wieħed ma jistax jgħaddi mingħajrhom.

Il-Ministru għall-Ambjent semma li l-ħarsien ta' l-ambjent jinkludi fost l-oħrajn il-ħarsien tal-kwalit'� ta' l-arja ta' madwarna. Dan hu meħtie' għaliex arja mni''sa mhux biss lill-bniedem tagħmel il-ħsara, iżda wkoll lis-si'ar, lill-pjanti u ħlejjaq oħra.

Hu fakkar li kemm l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa kif ukoll l-Unjoni Ewropea u organizzazzjonijiet oħra internazzjonali jistabbilixxu u jippubblikaw livelli ta' kontaminanti fl-arja ambjentali li għandhom ikunu rispettati biex kull persuna tkun imħarsa minn ħsara li tista' ssir meta dik il-persuna tkun esposta fuq bażi regolari għal ċerti kontaminanti fl-arja f'livelli ogħla minn dawk rakkomandati.

Il-Ministru Zammit Dimech semma wkoll li f'Malta saru diversi programmi ta' studju dwar l-arja ambjentali fis-snin l-imgħoddija, fosthom dak li sar fuq perjodu ta' sena sħiħa minn esperti barranin tal-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNEP) flimkien ma' esperti Maltin. Dan l-istudju kien jinvolvi stħarri' tal-livelli ta' diversi metalli fl-arja bħalma huma ċ-ċomb u tal-kadmju wara li kienu nstabu livelli għoljin ta' ċomb fid-demm ta' diversi Maltin.

Barra minn hekk, kompla l-Ministru għall-Ambjent, id-Dipartiment għall-'�arsien ta' l-Ambjent ilu sa mill-1993 jieħu kampjuni ta' l-arja mill-Għolja tal-Ġordan f'Għawdex, filwaqt li sentejn ilu nbeda programm ta' monitora'' ta' l-arja f'żoni residenzjali. Għal dan l-iskop inxtara apparat li beda jintuża biex ikejjel il-livell ta' carbon monoxide, gass veneluż li jinsab l-aktar fl-iskariki tal-vetturi. Dan il-gass tkejjel fil-Furjana, Birkirkara, Raħal Ġdid, il-Marsa u fil-Birgu.

Aktar tard, bil-parir ta' konsulenti Ingliżi, tfassal pjan nazzjonali ta' monitora'' ta' l-arja fl-istess livell ta' monitora'' li jsir f'pajjiżi Ewropej. Biex ikun jista' jibda jitwettaq dan il-pjan inxtara apparat mill-aktar modern u sofistikat li qam madwar Lm50,000 u li jinsab installat f'mobile trailer biex permezz tiegħu dan l-apparat ikun jista' jittieħed f'kull parti ta' Malta u Għawdex, fejn jitħalla għal madwar 'imgħa biex ikunu analizzati diversi gassijiet li jinsabu fl-arja. Minbarra l-carbon monoxide, dawn jinkludu wkoll gassijiet bħal sulphur dioxide, ozone, nitrogen dioxide, u ferm importanti, il-partiċelli żgħar li jkun hemm fl-arja, magħrufa bħala PM10.

Barra minn hekk, inxtraw ukoll diffusion tubes li jiffurmaw sistema kumplimentari għall-monitora'' ta' l-arja. Dawn it-tubi jitwaħħlu ma' arbli tad-dawl u jitħallew għal madwar xahar biex wara jkunu analizzati.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li di''� saru testijiet fuq bażi sperimentali, fejn l-apparat intuża biex tkun analizzata l-arja f'għadd ta' lokalitajiet f'Malta u Għawdex bil-kollaborazzjoni sħiħa tal-Kunsilli Lokali li offrew il-faċilitajiet biex l-apparat ikun jista' jintuża bir-riżultat mixtieq.

Hu żied li il-programm ta' monitora'' ta' l-arja hu tabilħaqq ta' sfida u se jkun meħtie' aktar apparat simili.

Fl-aħħarnett, il-Ministru Zammit Dimech qal li r-riżultati miksuba se jkunu ippubblikati fil-website tad-Dipartiment għall-'�arsien ta' l-Ambjent.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow