MOZZJONI TAL-PRIM MINISTRU
MOZZJONI TAL-PRIM MINISTRU
Mehmuz issib mozzjoni mressqa mill-Prim Ministru lill-Parlament illum 6 ta' April, 2000.
06.04.2000
--------------------
MOZZJONI MRESSQA MILL-ONOR PRIM MINISTRU
L-Onor Prim Ministru jipproponi illi:
Din il-Kamra tinnota:
Li l-politika ekonomika u socjali tal-Gvern hi mmirata biex malajr kemm jista' jkun il-qaghda finanzjarja ta' pajjizna titqieghed fuq sisien sodi u dan billi jonqos l-izbilanc annwali fil-finanzi tal-Gvern fil-waqt li tigi ggenerata l-attivit'� ekonomika li ghandu bzonn il-pajjiz biex jinholoq il-gid u biex dan jitqassarn b'gustizzja socjali;
Li din il-politika giet mwettqa u qieghda taghti r-rizultati, tant li dan 1-izbilanc naqas sostanzjalment fl-ewwe1 sena tal-Gvern u huwa mistenni li jerga' jonqos matul din is-sena finanzjarja;
Li 1-interess nazzjonali jitlob li kulhadd jaghraf id-dmir li jikkontribwixxi biex pajjizna jilhaq dawn il-miri finanzjarji u ekonomici malajr kemm jista' jkun, u dan biex, fost hwejjeg ohra, il-pajjiz ikun jista' jqieghed il-qasam socjali fuq livelli sostenibbli, kif gie spjegat fir-rapport mahrug mill-Kummissjoni Nazzjonali ghar-Riforma tal-Welfare;
Li dan 1-interess nazjonali jqieghed responsabbilt'� kbira fuq 1-Oppozizzjoni li sallum ghazlet li tahsel idejha ghall-interessi partiggjani taghha u baqghet tirrifjuta li taghti s-sehem taghhahalli jinstabu l-ahjar soluzzjonijiet ghal gid tal-poplu Malti u Ghawdxi.
Li dan 1-istess interess nazzjonali jqieghed ukoll responsabbilt'� kbira fuq l-imsiehba socjali kollha nkluzi 1-unions tal-haddiema.
Li l-kampanja tal-General Workers' Union kontra l-Gvern minhabba 1-mizuri mhabbra fil-Budget, hija kampanja irresponsabbli u tista' tkun motivata biss minn ragunijiet politici.
Ghaldaqstant, din il-Kamra:
Tikkundanna 1-agir tal-Oppozizzjoni u tal-General Workers' Union li flimkien qieghdin jaghzlu t-triq tat-tfixkil utal-konfrontazzjoni fil-pjazez minflok li jfittxu dak li huwa fl-interess nazzjonali; u
Theggeg lil Gvern biex ikompli jwettaq il-politika tieghu biex il-qaghda finanzjarja tal-pajjiz tibqa' tissahhah; biex din il-politika titwettaq dejjem u 1-hin kollu b'sens ta' gustizzja socjali u biex ikompli jfittex dak li hu fl-ahjar interess tal-poplu Malti u Ghawdxi kollu.
Eddie Fenech Adami
Prim Ministru
6 ta' April 2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN