L-EŻAMIJIET TAL-MATSEC MILL-ĠDID F?GĦAWDEX
L-EŻAMIJIET TAL-MATSEC MILL-ĠDID F'G'�AWDEX
Waqt iċ-ċerimonja ta' gradwazzjoni ta' l-istudenti taċ-Ċentru Post-Sekondarju Sir Mikelan' Refalo f''�awdex, il-Ministru Ġiovanna Debono ħabbret li wara diversi tentattivi u laqgħat bejn il-Ministeru għal '�awdex u l-MATSEC Board ta' l-Universita' ta' Malta kien intlaħaq qbil li l-eżamijiet prattiċi tas-su''etti tax-xjenza jer'għu jibdew isiru f''�awdex. Din il-miżura ser tnaqqas ferm id-diffikultajiet u l-iżvanta''i li jsib l-istudent '�awdxi li jrid jagħmel vja'' twil, b'kundizzjonijiet imprevedibbli qabel ma jidħol jagħmel l-eżami prattiku f'Malta. Il-Ministru Debono qalet li din il-miżura mhux biss ser isserraħ moħħ l-istudenti li ser jagħmlu dawn l-eżamijiet iżda wkoll l-imħuħ ta' ħafna 'enituri li kienu mħassbin b'dan l-iżvanta'' ta' uliedhom.
F'diskors ta' l-okkażjoni l-Ministru għal '�awdex semmiet kif fl-aħħar sena u nofs il-Ministeru għal '�awdex investa iktar minn kwart ta' miljun lira fiċ-Ċentru Post Sekondarju. B'dan l-investiment l-istudent '�awdxi ser jibbenefika minn erbgħa laboratorji 'odda, mgħammra b'apparat u teknolo'ija avvanzata li żgur huma fost l-ogħla fil-livell tagħhom fi gżiritna.
Minħabba l-kostruzzjoni ta' dawn il-laboratorji 'odda, il-Construction andMaintenance Unit tal-Ministeru għal '�awdex wettqet xogħol estensiv ta' embellishment u refurbishment fil-kurrituri u l-klassijiet ta' l-istess skola. Dan il-pro'ett li qed jagħti dehra 'dida u iktar żgħażugħa lil dan iċ-Ċentru Post-Sekondarju f''�awdex mistenni jitkompla fix-xhur li 'ejjin.
Fiċ-ċerimonja ta' gradwazzjoni, il-Ministru għal '�awdex qassmet iċ-ċertifikati lil 255 student/a li jattendu sitt korsijiet differenti – l-MATSEC Course, Higher Secondary Course, Technical Institute, Secretarial Course, Banking Course u l-Pre-Vocational Course. Il-popolazzjoni ta' din l-iskola li hija ta' madwar sitt mitt student/a tammonta għal tmenin fil-mija ta' l-istudenti '�awdxin kollha li jtemmu l-iskola sekondarja.
Il-Ministru Debono temmet id-diskors tagħha b'awgurju u ringrazzjament li ċ-Ċentru Sir Mikelan' Refalo ikompli miexi fid-direzzjoni ċara tal-missjoni tiegħu, ippreparat għall-isfidi l-'odda ta' dan it-tielet millennju li jinkludu s-sħubija eventwali ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja u r-riforma tas-settur post-sekondarju f'pajjiżna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN