Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU TAS-SAĦĦA JINDIRIZZA KONFERENZA TA? L-AĦBARIJIET FL-OKKAŻJONI TAL-JUM DINJI TAS-SAĦĦA

PR0427
Date Icon 06/04/2000

IL-MINISTRU TAS-SA'�'�A JINDIRIZZA KONFERENZA TA' L-A'�BARIJIET FL-OKKAŻJONI TAL-JUM DINJI TAS-SA'�'�A

Matul is-sena li għaddiet fl-Isptar San Luqa saret medja ta' operazzjoni tal-qalb kuljum, filwaqt li saru aktar minn elf proċedura oħra relatati ma' l-istess organu. Dawn l-operazzjonijiet speċjalizzati u ħafna oħrajn jistgħu jsiru mhux biss għax f'pajjiżna s-servizz tas-saħħa huwa ta' l-ogħla kwalita` imma wkoll għax f'pajjiżna għandna nies b'kuxjenza li minn żmien għal żmien jagħtu d-demm. It-total ta' operazzjonijiet li saru matul is-sena l-oħra fl-Isptar San Luqa kien ta' 24,364.

Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara waqt konferenza ta' l-aħbarijiet fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tas-Saħħa li ser ikun ċelebrat għada. Il-konferenza ta' l-aħbarijiet saret fiċ-Ċentru Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm minħabba li t-tema magħżula għal din is-sena, mill-'�aqda Dinjija tas-Saħħa, hija dwar l-importanza ta' demm b'saħħtu u d-donazzjonijet tad-demm.

Il-Ministru Deguara qal li jkun kollu ta' xejn l-investiment li jsir mill-gvern fil-qasam tas-saħħa permezz ta' introduzzjoni ta' operazzjonijet 'odda li kieku ma jkunx hemm min jagħti d-demm tieghu biex fost l-oħrajn jingħata waqt dawn l-interventi. Mhux biss huwa importanti li tingħata donazzjoni minn żmien għal żmien imma huwa wkoll neċessarju li kulħadd jibża' għad-demm tiegħu fost l-oħrajn permezz ta' dieta li toffri ikel sustanzjuż u tajjeb ghas-saħħa. Il-Ministru tas-Saħħa ħabbar li l-gvern qiegħed fil-proċess li jinvesti f'magna 'dida li tintuża waqt l-operazzjonijet biex id-demm li l-pazjent jitlef waqt l-operazzjoni jin'abar, ji'i ffiltrat u jingħata lura lill-istess pazjent dak il-ħin stess (Cell Saving Machine).

Louis Deguara qal li minkejja li s-sena l-oħra kien hemm 16,500 donatur xorta waħda kien hemm okkażjonijiet fejn il-livell ta' demm fiċ-Ċentru Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm kien qiegħed jonqos b'mod drammatiku. Hu għalhekk, sostna l-Ministru, li minn żmien għal żmien kellhom isiru diversi appelli fuq il-mezzi tax-xandir għal aktar donaturi u hu għalhekk ukoll li l-bżonn ta' aktar donaturi qatt ma jista' jonqos. Hu kompla jgħid li filwaqt li l-enfażi ta' l-'�aqda Dinjija tas-Saħħa huwa dwar demm b'saħħtu, f'Malta d-demm li jingħata lill-pazjenti jkun kollu kemm hu ttestjat. Fil-fatt matul is-sena li għaddiet saru 106,810 test fuq id-dmija li ngħataw bħala donazzjoni biex jigi assigurat li kull unit ta' demm hija kompletament mingħajr infezzjonijiet li għalihom jeżistu testijiet.

Il-Ministru tas-Saħħa filwaqt li appella għal aktar nies biex jagħtu d-demm, irringrazzja li dawk kollha li huma donaturi u lil dawk li fil-passat taw id-demm imma minħabba cirkustanzi ta' saħħa llum ma setgħux jibqgħu jagħtu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow