Left arrow Mur Lura

IL-PROĠETT TAL-KOTTONERA: IL-GVERN JIMPENJA RUĦU LI JAGĦMEL L-ISTUDJU DWAR L-IMPATT TAT-TRAFFIKU

PR0414
Date Icon 04/04/2000

IL-PROĠETT TAL-KOTTONERA: IL-GVERN JIMPENJA RU'�U LI JAG'�MEL L-ISTUDJU DWAR L-IMPATT TAT-TRAFFIKU

Permezz ta' ittra lill-Awtorit'� ta' l-Ippjanar, mibgħuta llum mid-Direttur Ġenerali tat-Taqsima tax-Xogħlijiet il-Perit Vincent Cassar, il-Gvern intrabat li jagħmel l-istudju dwar l-impatt tat-traffiku li jista' jirriżulta mill-iżvilupp tal-pro'ett tal-Kottonera.

Barra minn hekk, l-Gvern impenja wkoll ruħu li jagħmel dawk ix-xogħlijiet infrastrutturali li jistgħu jirriżultaw meħtie'a mill-istess studju.

L-istudju dwar l-impatt tat-traffiku ntalab li jsir mill-Awtorit'� ta' l-Ippjanar stess meta nhar il-'�amis li għadda approvat diversi applikazzjonijiet imressqa miż-żew' konsorzji – il-Cottonera Waterfront Group u l-Port Cottonera Ltd – li se jagħmlu dan il-pro'ett.

L-ittra mill-Gvern lill-Awtorit'� ta' l-Ippjanar inkitbet wara laqgħa li saret nhar it-Tnejn filgħaxija bejn il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech, il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni Ċensu Galea, il-Ministru ta' l-Intern Tonio Borg, is-Segretarju Parlamentari George Pullicino u uffiċjali mill-Awtorit'� ta' l-Ippjanar u mit-Taqsima tax-Xogħlijiet. F'din il-laqgħa kienet diskussa wkoll l-implimentazzjoni ta' programm ta' titjib fis-sistema tat-traffiku fl-inħawi.

Sadattant, fil-'ranet li 'ejjin se titressaq applikazzjoni quddiem l-Awtorit'� ta' l-Ippjanar mit-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministru għall-Ambjent biex ikun jista' jinbena parke'' taħt l-art ta' aktar minn sular wieħed fl-inħawi ta' Pjazza Margerita. F'dan il-parke'' ikunu jistgħu jipparkjaw madwar 300 vettura.

04.04.200

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow