Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MID-DIRETTUR TAL-ĦABS DWAR IL-ĦARBA TA' ERBA' PRIĠUNIERI MILL-FACILIT KORRETTIVA TA' KORDIN

PR0404
Date Icon 30/01/2000

STQARRIJA MID-DIRETTUR TAL-'�ABS DWAR IL-'�ARBA TA' ERBA' PRIĠUNIERI MILL-FACILIT'� KORRETTIVA TA' KORDIN

Żew' Libjani, Tuneżin u Malti, li kienu miżmuma fil-Faċilit'� Korrettiva ta` Kordin, il-bieraħ filgħaxija irnexxielhom jaħarbu mill-Faċilit'� billi assaltaw żew' gwardjani b`arma li taqta` u bil-ponta (biċċa perspex maqtugħa għall-ponta).

Il-pri'unieri li ħarbu huma:-

  • Charles Mugliette ta` 38 sena li jinsab taħt arrest preventiv fuq żew' akkużi ta` serq aggravat;

  • Mohsen Mosbah Ben Brahim ta` 39 sena li qed jiskonta sentenza ta` għomor il-ħabs wara li nstab ħati ta` erba` omiċidji;

  • Giali El Baden Aimen Said ta` 20 sena li jinsab taħt arrest preventiv fuq każ ta` omiċidju;

  • Ghamber Shnishah Ibrahim Ramadan ta` 23 sena li wkoll jinsab taħt arrest fuq każ ta` omiċidju.

Il-ħarba ta` dawn il-pri'unieri, li kienu qed jinżammu f`diviżjoni 6, seħħet il-bieraħ l-Erbgħa, 29 ta` Marzu fit-19.45hrs. Waqt li l-pri'unieri kienu għadhom ma ddaħħlux fiċ-ċelel tagħhom, wieħed minnhom – Mohsen Mosbah Ben Brahim assalta lill-gwardjan li kien għassa miegħu u heddu b`biċċa perspex maqtugħa għall-ponta.

Flimkien mat-tlett pri'unieri l-oħra, li kienu kollha fl-istess diviżjoni, assaltaw gwardjan ieħor u rabtuhom it-tnejn permezz ta` xi lożor li ttieħdu mid-diviżjoni.

Wara l-pri'unieri marru fil-control room tad-diviżjoni minn fejn telgħu għal fuq il-bejt. Minn hemm huma qabżu għal fuq il-bejt ta` latrina pubblika u qabżu għat-triq.

Meta sabu ruħhom fit-triq, il-pri'unieri serqu jeep ħamra ta` l-għamla Suzuki Samurai bin-numru tar-re'istrazzjoni ABG-848 u biha ħarbu minn fuq il-post.

'�add ta` gwardjani u membri tal- Special Response Team tal-'�abs flimkien mal-membri tal-Korp tal-Pulizija u tal-Forzi Armati ta` Malta, ikkordinaw tfittxija intensiva għall-pri'unieri maħruba.

Il-Ma'istrat ta` l-Għassa Miriam Hayman, bl-għajnuna ta` l-esperti tal-Qorti mexxiet inkjesta fuq il-post tal-ħarba.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow