Left arrow Mur Lura

RIŻULTATI POŻITTIVI MIT-TFAL BID-DYSLEXIA

PR0402
Date Icon 30/01/2000

RIŻULTATI POŻITTIVI MIT-TFAL BID-DYSLEXIA

Waqt sessjoni ta' evalwazzjoni tal-pro'ett tal-Paired Reading li tnieda din is-sena mill-SpLD (Specific Learning Difficulty) Unit tad-Dipartiment tal-Kurrikulu fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, il-Ministru Louis Galea wera l-apprezzament tiegħu għax-xogħol siewi li qed jitwettaq minn dan il-Unit, mhux biss bħala Ministru iżda ukoll bħala Malti li jemmen li ħadd ma' għandu jibqa` lura.

L-SpLD Unit hu maħsub biex jgħin lit-tfal li għandhom xi diffikulta` speċifika biex jitgħalmu u li għandhom bżonn ta' għajnuna mhux biss mill-għalliema iżda ukoll mill-'enituri tagħhom. Għal dan l-iskop, l-SpLD Unit torganizza numru ta' attivitajiet biex jgħinu lill-għalliema u l-'enituri jindunaw bid-diffikultajiet tat-tfal minn kmieni u jkunu jafu x'għandu jsir. Il-Unit torganizza ukoll programmi ta' għajnuna għat-tfal li jinvolvu ħafna l-'enituri, u tagħmel riċerka li hi importanti ħafna biex issir evalwazzjoni tal-pro'etti u biex tiskopri iktar fuq metodi kif tkun indirizzata l-problema.

Fil-Progett tal-Paired Reading kemm it-tfal kif ukoll il-'enituri jattendu u jipparteċipaw f'6 sessjonijiet. L-iskop ta' dan il-pro'ett hu li bl-għajnuna tal-'enituri it-tfal jitħe''u, ikollhom attitudni aktar pożittiva lejn il-kotba u hekk ikunu jistgħu jaqraw sew. Ir-riżultati ta' dan il-pro'ett kienu inkora''anti ħafna tant li t-tfal kollha rnexxielhom jagħmlu progress kemm billi jnaqqsu l-iżbalji u kemm billi jaqraw b'aktar ħeffa.

Il-fatturi li għenu biex dan il-progett ikun suċċess, huma fost oħrajn l-entużjażmu tat-tfal u l-'enituri, l-għatx għat-tagħlim, sens ta' parit'� bejn it-tfal, kotba apposta u l-involviment tal-'enituri li jagħti sens ta' importanza akbar lit-tfal.

Fid-diskors tiegħu l-Ministru sostna l-importanza li attivitajiet bħal dawn ma jkunux ta' darba waħda iżda jsiru parti integrali mis-sistema edukattiv. Għalkemm hu importanti li nieħdu ħsieb it-tfal li jkollhom diffikultajjiet speċifiċi, hemm bżonn li s-sistema edukattiv, tkun tali li tidentifika l-problemi kollha li jistgħu jkollhom it-tfal biex b'hekk ikunu indirizzati mill-ewwel.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow