TKOMPLI L-ĦIDMA TAL-GVERN GĦAR-RIFORMA AMMINISTRATTIVA FIL-QRATI TAL-GUSTIZZJA
TKOMPLI L-'�IDMA TAL-GVERN G'�AR-RIFORMA AMMINISTRATTIVA FIL-QRATI TAL-GUSTIZZJA
Il-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali, Dr Austin Gatt, qal li bħal ma l-Gvern qiegħed jaħdem fuq in-nuqqasijiet tiegħu fl-amministrazzjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja, hekk ukoll għandhom jagħmlu dawk li għandhom rwol importanti fis-sistema 'udizzjarja ta' pajjiżna.
Huwa qal dan waqt ċerimonja qasira li matulha huwa ppreżenta l-ittra tal-ħatra lil disa' Messa''iera tal-Qorti 'odda, li se jibdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom mill-'imgħa d-dieħla.
Dr. Gatt qal li l-kariga ta' Messa''ier tal-Qorti hija differenti minn dik ta' messa'ier normali għaliex torbot magħha responsabbilitajiet oħrajn hekk kif imniżżla fil-Kodiċi ta' Proċedura ta' pajjiżna.
Il-Ministru ħabbar ukoll li llum stess kien mitmum il-proċess tal-għażla għal Deputati Re'istraturi 'odda fil-Qorti. Huwa qal li ntagħżlu ħmistax-il persuna – kollha gradwati – u li b'hekk se tissolva darba għal dejjem il-problema kbira ta' nuqqas li kien hemm f'dawn l-aħħar snin.
"Dawn il-ħatriet huma parti mill-ħidma tal-Gvern fil-pjan tiegħu għal riforma amministrattiva fil-Qrati tagħna – pjan li kien spjegat fid-dettalji tiegħu fid-diskors ta' l-Estimi Finanzjarji tal-Ministeru f'Diċembru li għadda," kompla jgħid Dr. Gatt.
Hu sostna li l-Gvern qed jagħmel l-almu tiegħu sabiex f'dik li għandha x'taqsam l-amministrazzjoni tal-Qrati, jseħħ il-pjan ta' riforma meħtie'. Dr. Gatt enfasizza l-ħtie'a li dawk kollha li huma involuti jagħmlu l-istess fil-ħidma tagħhom.
Huwa temm billi awgura ħidma fejjieda lil dawn il-Messa''iera tal-Qorti 'odda sabiex fl-aħħar mill-aħħar il-pubbliku jinqeda aħjar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN