DISKORS MILL-ONOR. AUSTIN GATT.
Sinjuri Kunsilliera, Kollegi
Hu ta' unur u pjaċir kbir għalija llum li nippresjedi għal din iċ-ċerimonja ta' l-għotja tal-'urament tal-ħatra tagħkom bħala Kunsillieri Lokali.
Din hi ċerimonja sinifikattiva u importanti għalikom għaliex permezz tagħha se tibdew il-mandat tagħkom ta' tliet snin ta' ħidma b'risq il-komunit'� tagħkom.
Nixtieq, qabel xejn, nifirħilkom tas-suċċess li ksibtu fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fejn l-elettorat wera fiduċja fikom. Fostkom hemm 71 kunsillier, ji'ifieri 45%, li wara li di'a kienu kunsilliera, re'għu kisbu l-fiduċja tar-residenti tagħhom.
Hemm ukoll 16-il Kunsillier li servew il-lokalitajiet u l-Kunsilli rispettivi tagħhom fil-kariga ta' Sindku, ji'ifieri, mhux biss kellhom il-fiduċja ta' l-elettorat iżda ukoll il-fiduċja ta' sħabhom il-membri l-oħra tal-Kunsill.
Ma nistax ma nsemmix ukoll il-fatt li fostkom hemm 32 mara, ji'ifieri 20% tan-numru totali ta' kunsilliera eletti, żieda ta' kważi 2 % fuq l-aħħar elezzjonijiet li kienu saru fl-istess lokalitajiet.
Ma rridx ninsa nagħti l-awguri tiegħi wkoll lis-86 kunsilliera 'odda eletti għall-ewwel darba, fosthom ħames Kunsilliera eletti fl-ewwel Kunsill għall-lokalit'� tal-Imtarfa.
Nifirħilkom għall-kura'' li wrejtu biex tidħlu għal impenn 'did fil-ħidma tal-Gvern Lokali.
Illum, kull min bħalkom jiddeċiedi li joffri s-servizzi tiegħu lill-komunita', fil-lokalitajiet rispettivi tagħkom, jaf żgur x'se jkun qiegħed jiffaċċja.
Jaf li l-ħidma tal-Kunsilli hi waħda mpenjattiva ħafna, li titlob sagrifiċċji kbar, izda, daqstant ieħor tagħti sodisfazzjon - sodisfazzjon li jitkejjel bit-tibdil sostanzjali li jitwettaq f'kull belt u raħal - tibdil li huwa frott ta' din il-ħidma u sagrifiċċju.
Il-Kunsilliera, bħala politiċi lokali, iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jifhmu s-sens ta' responsabbilta' u dover li titlob din il-kariga minnhom.
Meta intom, kif ser ji'ri dalwaqt, taħilfu li taqdu fedelment u konxjenzjożament id-dmirijiet tagħkom bħala Kunsillieri Lokali, fil-fatt tkunu qed twegħdu li tagħtu l-aħjar servizz lill-komunitajiet tagħkom u, b'konsegwenza, lill-pajjiżna.
Inħe''i'kom partikolarment li f'kull ħidma tagħkom, tpo''u l-interessi tal-lokalitajiet u tar-residenti qabel kull interess ieħor.
Biex dan iseħħ, tridu tfittxu l-consensus u tapplikaw il-prinċipji ewlenin tad-djalogu fid-diskussjonijiet li jkollkom f'kull seduta tal-Kunsill. Il-kunċett ta' teamwork huwa l-qofol ta' Kunsill Lokali b'saħħtu u effettiv.
Bħal ma tafu u smajtuni nistqarr kemm-il darba pubblikament, il-Gvern jemmen bis-sħiħ u għandu fiduċja kbira fil-potenzjal tagħkom, mhux biss fuq bażi individwali iżda iktar u iktar kollettivament bħala Kunsilli Lokali, bħala Gvern Lokali.
'�al din ir-ra'uni, il-Gvern wera bil-fatti dan l-impenn tiegħu lejkom permezz ta' numru kbir ta' inizzjattivi sabiex ikun imwessa l-kunċett tal-Gvern Lokali f'pajjiżna.
L-isfida tagħkom illum m'hijiex biss dik li tkomplu twettqu x-xogħol tal-Kunsilliera ta' qabilkom. Hemm sfida oħra li hija ferm akbar u ferm aktar importanti – l-isfida li taraw kif toħolqu opportunitajiet oħra fejn tistgħu tkunu ta' servizz lill-komunit'�. Ma nistax ma nsemmix il-qasam soċjali, u dak edukattiv – b'mod speċjali fit-teknolo'ija tal-informatika – fejn il-Kunsilli għandhom rwol importanti x'jilagħbu sabiex il-livell tal-għixien tagħna lkoll jitjieb.
Minn naħa tiegħi, f'isem il-Gvern, inwegħedkom l-appo'' sħiħ għal inizjattivi u pro'etti bħal dawn. Iżda mhux se nieqfu hemm. Il-Ministeru tiegħi qed jaħdem fuq diversi inizzjattivi u pro'etti li se jkomplu jsaħħu l-ħidma tagħkom fuq bażi lokali.
L-iktar inizzjattiva mminenti li mistennija tibda titwettaq hija dik tal-‘One Stop Shop', li permezz tagħha se nkomplu nressqu s-servizzi tal-Gvern aktar qrib ir-residenti tagħkom.
Fil-'imgħat li 'ejjin se nwettqu żew' pro'etti relatati ma din l-inizzjattiva. L-ewwel wieħed huwa dak tas-sistema kompjuterizzata tal-Ilmenti, fejn permezz tagħha, kullħadd se jkun jista jressaq ilment jew każ dwar xi dipartiment jew entit'� governattiva billi jmur fl-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali tiegħu.
It-tieni pro'ett huwa wkoll relatat mal-kunċett tal-One Stop Shop għaliex, dalwaqt se nkunu f'qagħda li dawk kollha li jħallsu xi tip ta' kera lill-Gvern, m'għandhomx għalfejn jibqgħu jmorru id-Dipartiment tal-Artijiet fil-Belt Valletta, iżda jistgħu iħallsu l-kera dovuta billi jmorru fl-uffiċċju tal-Kunsill tagħhom. Il-Kunsill Lokali se jirċievi l-management fee talli se jkun qed jipprovdi dan is-servizz.
Dan kollu juri b'liema mod il-Gvern iħares lejn il-ħidma tagħkom. Intenni li l-impenn tiegħi bħala Ministru responsabbli mill-iżvilupp tal-kunċett tal-Gvern Lokali f'pajjiżna huwa dak li ngħin f'dak kollu biex l-għanijiet tagħna jintlaħqu.
B'hekk biss f'pajjiżna nkunu mhux biss qed inħaddnu l-prinċipji tad-devoluzzjoni tal-poter iżda napplikawħ fil-prattika.
Nagħlaq, billi nawguralkom suċċess sħiħ f'kull ħidma li tidħlu għaliha biex tkattru l-'id fl-ibliet u rħula li tirrapreżentaw matul it-tliet snin li 'ejjin.
Grazzi.
29.03.00
Results re: Local Councils Election
11th March 2000
Locality |
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN