HLAS TA' NOFS IL-KONTRIBUZZJONI TAS-SIGURTA' SOCJALI LILL-BDIEWA, RAHHALA U SAJJIEDA
'�LAS TA' NOFS IL-KONTRIBUZZJONI TAS-SIGURTA' SOCJALI LILL-BDIEWA, RAHHALA, U SAJJIEDA.
Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd qed iħejji biex jirrifondi nofs il-kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali mħallsa minn bdiewa, raħħala u sajjieda.
Persuni kkonċernati jridu japplikaw għal dan il-ħlas li ser ikopri l-perjodu ta' bejn Jannar u Diċembru 1999 u għal dawk li ma laħqux applikaw qabel ser jingħataw il-possibilita' li jirċievu ħlas għas-sena 1998.
Għal dan il-għan, il-bdiewa, raħħala u sajjieda li huma Self-Employed, Full-Time u membri sħaħ f'xi soċjeta koperattiva, huma mitluba biex minn nhar it-Tnejn, 10 ta' April, 2000 sa nhar il-Ġimgħa, 5 ta' Mejju, 2000 japplikaw fil-ħin tal-uffiċċju f'xi wieħed mill-Uffiċini tal-Extension Serviceli hemm il-Mosta, ir-Rabat, is-Si''iewi u '�aż-Żabbar, Malta u fil-każ ta' Għawdex fl-uffiċċju Ċentrali, Rabat, Għawdex, waqt il-ħin tax-xogħol.
Dawk kollha li applikaw fis-snin ta' qabel u li huma ntitolati għall-ħlas għas-sena 1999 u fejn japplika għas-sena 1998, huma mitluba biex jer'għu japplikaw mill-'did. Jekk ma ssirx applikazzjoni fil-ħin ma jkunx jista' jsir pagament.
Applikazzjonijiet ma ji'ux aċċettati jekk jaslu tard, jekk il-kontribuzzjonijiet ma jkunux imħallsa għas-sena kollha u jekk ma jkollhomx magħhom id-dokumenti kollha mitluba.
29.03.00
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN