IMPENJI TA? L-ONOR. FRANCIS AGIUS
IMPENJI TA' L-ONOR. FRANCIS AGIUS
L-Onor. Francis Agius se jattendi laqgħa tal-Kumitat ta' l-Affarijiet Ekonomici tal-Kunsill ta' l-Ewropa li se ssir f'Parigi fit-30 u l-31 ta' Marzu. Fost is-su''etti diskussi se jkun hemm il-World Trade Organisation wara Seattle; il-bżonn ta' "One sky Europe", u żvilupp fit-turiżmu.
Il-Kumitat se jkollu wkoll laqgħa mas-Segretarju ta' l-OECD, Mr Donald Johnston fil-Kwartieri Ġenerali ta' l-OECD.
L-Onor Agius mistenni wkoll jattendi l-laqgħa plenarja tal-Kunsill ta' l-Ewropa fi Strasbourg bejn it-3 u s-7 ta' April. Huwa propost li jinħatar Chairman tal-Kummissjoni dwar is-Sajd ta' l-istess Kunsill ta' l-Ewropa.
Immedjatament wara din il-laqgħa l-Onor Agius se jkun parti minn team ta' osservaturi ta' l-elezzjoni Presidenzjali li se ssir fil-Georgia, fil-Kawkasu bejn is-7 u l-11 ta' April.
29.03.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN