PROGRAMM TA' ATTIVITAJIET FL-OKKAZJONI TA' "JUM IL-HELSIEN" - IL-GIMGHA, 31 TA' MARZU, 2000
Il-Kumitat Festi Nazzjonali qed jorganizza dawn l-attivitajiet biex jitfakkar "Jum il-Helsien" nhar il-Gimgha, 31 ta' Marzu, 2000.
CERIMONJA KOMMEMORATTIVA
09.30 a.m. Il-Banda tal-Forzi Armati u l-Gwardja ta' l-Unur tifforma fi Pjazza Gavino Gulia, Bormla.
09.35 a.m. Jibda marc minn Pjazza Gavino Gulia, li jghaddi mix-Xatt ta' Bormla, Triq Santa Tereza u Triq San Lawrenz, Birgu sa quddiem il-Monument tal-Helsien, Birgu.
09.48 a.m. Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati
09.51 a.m. Wasla tal-Prim Ministru
09.55 a.m. Wasla tal-E.T. il-President ta' Malta
L-E.T. il-President ta' Malta jispezzjona l-Gwardja ta' l-Unur
L-E.T. il-President ta' Malta u l-Prim Ministru jqieghdu bukketti fuq il-Monument. Tindaqq
il-Fanfara u jsir it-tqeghid tal-bukketti.
Jindaqq l-Innu Nazzjonali.
REGATTA
1.00 p.m. Regatta fil-Port il-Kbir - Mid-Dwana ghal Dockyard Creek. Ikun hemm tigrijiet tad-Dghajjes A tal-Midalji - Frejgatini - Dghajjes ~ tal-Pass - Kajjikki - Dghajjes B tal-Pass fil-Kategorija Open u Dghajjes A tal-Midalji - Kajjikki -Dghajjes B tal-Pass fil-Kategorija ta' taht it- 23 sena. Wara t-tigrijiet ssir il-prezentazzjoni tat-tazzi, midalji u palji lil l-ewwel tliet opri klassifikati f'kull tigrija. Jinghataw ukoll plakki kommemorattivi lil kull klabb li jiehu sehem. Barra minnhekk tinghata "Shield"lil klabb li jikseb l-akbar ghadd ta' punti fit-tigrijiet tal-Kategorija Open u ohra fil-Kategorija ta' taht it- 23 sena.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN