Left arrow Mur Lura

STQARRIJA

PR0384
Date Icon 27/03/2000

STQARRIJA

Il-Gvern jinnota b'sodisfazzjon illi bi ftehim milħuq illum, il-Management ta' l-MIA flimkien mal-UHM u l-GWU wasslu għal soluzzjoni għat-tilwima industrijali li kienet inqalgħet dwar liema Union kellha d-dritt li tinnegozja l-ftehim kollettiv fl-MIA. Din it-tilwima industrijali kienet wasslet lill-GWU biex tordna azzjonijiet industrijali fl-MIA f'Awwisu 1999. Wara dan, inqalgħu inċidenti li dwarhom ittieħdu passi fil-Qorti Kriminali kontra xi ħaddiema u xi uffiċjali tal-GWU.

Il-Gvern jirrikonoxxi l-fatt pożittiv li ż-żew' unions ewlenin ta' pajjiżna issa qablu li flimkien jinnegozjaw il-ftehim kollettiv ma' l-MIA, u dan fl-interess tal-ħaddiema kollha ta' l-MIA, inkluż ta' dawk il-ħaddiema li kienu membri tal-Forzi Armati u li ngħaqdu ma' l-MIA bil-ftehim tat-22 ta' April 1998.

Il-Gvern ser jipproċedi biex, kemm jista' jkun malajr, il-Parlament jimplimenta l-emendi miftiehma fit-22 ta' April 1998 u inkorporati f'Abbozz ta' Li'i li kien ippubblikat fit-8 ta' Mejju 1998, liema Abbozz re''� 'ie pubblikat fit-3 ta' Diċembru 1999. B'dawn l-emendi, il-ħaddiema involuti jitħarsilhom id-dritt tal-pensjoni li kellhom bħala membri tal-Forzi Armati ta' Malta u l-persuni impjegati fl-Air Traffic Control Centre fl-MIA u fl-Airport Fire Fighting Section ji'u kkunsidrati bħala li qed jipprovdu servizz essenzjali skond l-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali.

Biex il-kwistjonijiet kollha dwar l-azzjoni industrijali ta' l-20 ta' Awwisu 1999 jingħalqu, fuq proposta tal-Prim Ministru l-Kabinett illum qabel li jingħata parir lill-President ta' Malta biex bis-setgħa mogħtija lilu bl-artiklu 93 tal-Kostituzzjoni ta' Malta jagħti maħfra lil kull min 'ie mħarrek quddiem il-Qorti Kriminali dwar l-inċidenti li seħħew fid-data msemmija.

27.03.2000

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow