Left arrow Mur Lura

ĦADDIEMA TAL-GVERN JATTENDU KORS DWAR IR-RESTAWR TAL-ĠEBLA

PR0381
Date Icon 27/03/2000

'�ADDIEMA TAL-GVERN JATTENDU KORS DWAR IR-RESTAWR TAL-ĠEBLA

Sittax-il ħaddiem mill-Unit tar-Restawr tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, flimkien ma' erba' ħaddiema mit-Taqsima Ġlormu Cassar tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, qed jattendu kors ta' 'imgħatejn fir-restawr tal-'ebla, fiċ-Ċentru Ewropew ta' Venezia dwar Snajja tar-Restawr ta' Wirt Storiku.

Dan iċ-Ċentru jorganizza korsijiet speċjalizzati ta' 'imgħatejn għal persuni involuti fil-qasam tar-restawr ta' wirt arkitettoniku bl-iskop li jingħataw taħri' speċjalizzat fir-restawr tal-'ebla, kemm fil-kuntest storiku kif ukoll f'dak kulturali.

Il-grupp ta' ħaddiema Maltin hu magħmul kemm minn ħaddiema b'sengħa, kif ukoll minn uffiċjali tekniċi u hu mmexxi mill-Periti Claude Borg u Norbert Gatt mill-Unit tar-Restawr.

Wara li jispiċċa dan il-kors, il-ħaddiema tal-Unit tar-Restawr se jkomplu jitħarr'u f'Malta taħt id-direzzjoni ta' restawraturi Taljani, li se jkunu involtu fir-restawr tal-knisja ta' Sta Katarina ta' l-Italja, fil-belt Valletta. Ix-xogħol ta' restawr f'din il-knisja mistenni jibda dalwaqt u se jsir minn ditta magħrufa Taljana fil-qasam tar-restawr, wara sejħa pubblika għal offerti.

Din l-inizjattiva qed issir mill-Ministeru għall-Ambjent flimkien ma' l-Universit'� ta' Bologna, li bis-saħħa ta' ftehim iffirmat is-sena li għaddiet, qed tgħin lit-Taqsima tax-Xogħlijiet fil-qasam tar-restawr ta' swar u fortifikazzjonijiet, liema pro'ett hu finanzjat mir-Raba' Protokoll Taljan.

Sadattant, fil-jiem li għaddew kien hawn Malta żew' esperti Russi fir-restawr, Stabrovsky Anatoly Danilovich u Tsarkov Viktor Mikhailovoch, li ntbagħtu Malta mill-Kumitat Internazzjonali għal Teżori Storiċi u Kulturali u Xogħlijiet ta' Restawr, bl-iskop li jħejju proposta dwar ir-restawr tas-Sala tal-Gran Mastri, li tinsab f'Palazzo De La Salle, Valletta. Dan il-bini jintuża mis-Soċjet'� ta' l-Arti, Manifattura u Kummerċ.

Iż-żew' esperti, li ħadu sehem fi pro'etti ta' restawr f'diversi pajjiżi, iltaqgħu wkoll mal-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech. Huma kienu akkumpanjati minn, fost l-oħrajn, l-Ambaxxatur għall-Federazzjoni Russa Sergey S. Zotov.

-----------------

COURSE IN STONE CONSERVATION TO BE ATTENDED BY GOVERNMENT EMPLOYEES

A group of sixteen employees from the Restoration Unit of the Works Division within the Ministry for the Environment, together with four employees from the Ġlormu Cassar Section of the Education Division, are undergoing a two-week course in Conservation of Stone at the Venice European Centre for the Skills of Architectural Heritage Conservation, in Italy.

The centre organizes two-week specialization courses for technicians who operate in the field of conservation of the architectural heritage. The course aims at giving the participants a better knowledge in the techniques of stone conservation, setting it in the historical and cultural context of conservation.

The group consists of skilled employees and technical officers, and is led by Architects Claude Borg and Norbert Gatt from the Restoration Unit.

After the completion of this course, the Restoration Unit employees are to further their training by participating in the restoration project of the Church of Santa Caterina d'Italia in Valletta. The restoration of this church is to commence in the coming months and is to be carried out by a specialized Italian restoration firm after a public call for tenders.

This initiative is being organized jointly by the Ministry for the Environment and the University of Bologna, which is presently assisting the Works Division on the Forts and Fortifications Project financed by the IV Italo-Maltese Financial Protocol.

Meanwhile, two Russian restoration specialists, Stabrovsky Anatoly Danilovich and Tsarkov Viktor Mikhailovoch, have been sent to Malta by the International Committee for Historic and Cultural Treasures and Restoration Works, to prepare a proposal on the restoration of the Grand Masters Hall of Palazzo De La Salle, Valletta. The building is used by the Malta Society of Arts, Manufacture and Commerce.

The two experts, who have participated in various restoration projects throughout the world, called on the Minister for the Environment Francis Zammit Dimech, accompanied by the Ambassador of the Russian Federation Sergey S. Zotov.

27.03.2000

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow