IL-MINISTRU LOUIS DEGUARA JINDIRIZZA L-LAQGHA ANNWALI TAL-UNION TA' L-INFERMIERA U L-QWIEBEL
Iz-zmien mhux 'il boghod fejn in-nuqqas kroniku ta' infermiera jkun haga tal-passat.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara meta kien qed jindirizza l-laqgha generali annwali tal-Union ta' l-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN).
Louis Deguara qal li l-Gvern huwa kommess u dig'� ta kemm-il prova, li kontinwament jaddotta u jimplimenta l-mizuri mehtiega sabiex itejjeb l-edukazzjoni u l-kundizzjonijiet tax-xoghol ta' l-infermiera. Fil-fatt il-ftehim ta' l-1993 tejjeb il-kundizzjonijiet ta' l-infermiera u l-qwiebel konsiderevolment, tant li minn dakinhar 'l hawn in-numru ta' studenti li ghazlu din il-professjoni zdied minn sena ghal ohra.
Fil-prezent qal il-Ministru tas-Sahha, hemm 1,737 imfermiera u qwiebel li jahdmu full-time, u 208 ohra li jahdmu fuq bazi ta' part-time fis-setturi kollha tal-Gvern. Fl-ahhar sena akkademika, dik ta' l-1999, iggradwaw 100 infermiera godda, 16-il B.Sc., 33 Diploma Nursing., 5 Diploma Psychiatric, u 46 Certificate in Nursing Practice. Il-pass li jmiss ghandu jkun li nibdew korsijiet godda li jwasslu ghal specjalizzazzjoni f'taqsimiet differenti tal-professjoni.
Fis-sena 1999, 639 imfermiera u qwiebel gew moghtija l-permess biex jitilqu minn fuq ix-xoghol sabiex jattendu korsijiet ta' edukazzjoni kontinwata organnizzati mill-IHC. Kien hemm 8 infermiera ohra li attendew programmi edukattivi barra minn Malta.
Il-Gvern ha jibqa' jiffacilita opportunitajiet fejn infermieri jistghu jkomplu jattendu ghall-conversion courses u ghall-programmi ta' livell postgraduate, filwaqt li jiffacilita study leave ghall-edukazzjoni kontinwata, filwaqt li johloq fondi sabiex aktar infermiera u qwiebel jattendu ghal studju barra minn Malta.
L-infermiera, sostna l-Ministru Deguara, ghandhom jinqatghu minn dawk il-prattici ta' xoghol li kien hemm lokhom fil-passat izda li llum m'ghadhomx jaghmlu sens. Fi ftit snin ohra ha jkollna sptar modern f'kull sens, sptar li ha jgib titjib sew lill-pazjent kif ukoll lill-professjonisti li jahdmu fih. Izda irridu niftakru li biex inhaddmuh wahdu se jqum izjed milli jqumu s-servizzi tas-sahha kollha f'daqqa llum. Dawn kollha qeghdin ipoggu pressjonijiet godda fuq is-sistema. Ghalhekk ukoll ma nistghux nittolleraw il-hela, la ta' risorzi materjali u lanqas dawk umani. Il-Gvern kommess li jsib u jiggarantixxi r-risorzi finanzjarji mehtiega ghall-kura izda mhux ghall-hela
Louis Deguara qal li ma jistax jonqos li s-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ha jkollha impatt ukoll fis-settur tas-sahha. Impatt bil-wisq izjed posittiv milli negattiv li ser iwassal ghal opportunitajiet godda. Izda ma jistax jonqos li anke minhabba dan l-avveniment imminenti u l-livelli gholja li rridu nilhqu rridu nibdlu whud mid-drawwiet taghna.
Bhalissa ghaddej process li tinholoq struttura biex id-Divizjoni tas-Sahha tkun f'pozizzjoni li tkun regolatur mhux biss fis-settur privat, izda wkoll fis-settur pubbliku. Fl-istess waqt miexi l-process biex l-isptarijiet isiru awtonomi. Dan ghandu jwassal biex ikun hemm aktar efficjenza, billi fost l-ohrajn dawk li ghandhom ir-responsabbilt'� li juzaw ir-rizorsi, jkunu izjed konxji mill-htiega li juzawhom bil-ghaqal, u jkunu accountable.
Il-Ministru tas-Sahha qal li l-Unions ghandhom kull dritt li jiddefendu l-interess tal-haddiema li jirraprezentaw. Dan id-dritt l-amministrazzjoni prezenti kienet minn ta' l-ewwel li mhux biss tirrikonoxxih, izda hi lesta li tiddefendih. Izda l-Unions ma ghandhom qatt jaqghu vittma tal-pressjoni ta' l-ghazzien, ta' dawk li jibzghu mill-bidla, ta' dawk li kuntenti bl-istatus quo ghal ghanijiet egoistici, ta' dawk li ghandhom allergija ghax-xoghol. Kulhadd ghandu jzomm quddiem ghajnejh li qieghed jahdem f'dan is-settur l-ewwel u qabel kollox ghall-interess tal-pazjent.
Il-Gvern hu konxju wkoll li r-riformi li jridu jiwettqu jistghu joholqu nuqqas ta' qbil, izda fiducjuz ukoll li l-union hija konvinta mill-intenzjonijiet genwini u li bhal fil-passat il-hidma li qed issir, qed issir fl-interess tal-pazjent kif wkoll fl-interess ta' l-impjegati kollha.
24.03.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN