MESSAGG TA' L-ONOR MINISTRU GHAL GHAWDEX, GIOVANNA DEBONO, GHAL JUM IZ-ZGHAZAGH 2000 - 21 TA' MARZU 2000
Gheziez Zghazagh,
Ma xtaqtx li jghaddi dan l-ewwel Jum iddedikat lilkom fil-millennju l-gdid minghajr ma nsellem b'mod partikolari liz-zghazagh Ghawdxin. Nixtieq niehu din l-okkazjoni biex f'isem l-Ghawdxin kollha, inrodd hajr lilkom il-generazzjoni zghazugha tal-kontribut kbir li qed taghtu f'kull qasam tas-socjetà taghna. Hsieb partikulari jmur lill-istudenti zghazagh, specjalment dawk li b'tant sagrificcju iridu jinqatghu mill-familji u l-irhula taghhom biex ikomplu l-istudji taghhom f'Malta. Huwa ferm ta' sodisfazzjon meta tara li minkejja dawn l-izvantaggi kollha, l-istudenti Ghawdxin jiksbu rizultati mill-iktar tajbin u prominenti. Dawn zgur li huma sinjali cari li jawguraw tajjeb hafna ghal futur ta' gziritna u pajjizna.
Insellem ukoll lil haddiema zghazagh, li fil-parti l-kbira qeghdin tikkontribwixxu l-energija, id-dedikazzjoni u l-innovazzjoni taghkom biex tbiddlu l-ambjent fil-post tax-xoghol taghkom u hekk taghtu l-ahjar prodott possibbli. Eghziez zghazagh, ir-rizors uman taghkom huwa investiment kbir ghall-pajjiz li nittama li ahna l-awtoritajiet naghrfu nisfruttaw sew ghal gid taghkom stess kif ukoll tas-socjeta' kollha kemm hi.
Ringrazzjament specjali imur lil dawk iz-zghazagh kollha involuti f'xi tip ta' hidma volontarji. Jiena kburija li f'Ghawdex in-numru ta' dawn iz-zghazagh huma nkorragganti hafna u jidher li t-tendenza hija li dawn jizdiedu. Ghalkemm ghal din il-hidma ma tircievu ebda kumpens fi hlas, nassigurakom li s-sostenn taghkom huwa l-mutur principali ta' l-oqsma kulturali, socjali u politici ta' gziritna. Nappellalkom biex flimkien inkomplu inzommu gholja dawn il-principji u valuri li qed jissarfu f'socjeta' iktar maghquda u solidari.
Hbieb zghazagh, jiena konxja li f'hajjitkom jezistu wkoll numru ta' sfidi, problemi u tentazzjonijiet li tridu thabbtu wicckom ta' kuljum maghhom. Problemi ta' akkwist ta' impjieg, relazzjoni mal-genituri, kriminalità, sustanzi, infidelità nuqqas ta' sincerità etc. Nappellalkom minn qalbi – is-sabih f'hajjitkom jisboq bil-wisq izjed lil dawn l-elementi negattivi kollha li semmejt. Inthom ghandkom rieda soda u determinazzjoni partikulari li kapaci teghleb kull problema jew sfida li taffaccjaw fiz-zghozija taghkom.
Hbieb, nixtieq intemm dan il-messagg qasir b'turija ta' fiducja tieghi u tal-Ministeru ghal Ghawdex fil-kapacitajiet taghkom.
Bhalma sar f'dawn l-ahhar sena u nofs, jiena ser inkompli naghmel l-ghalmu tieghi biex inkabbru u ntejbu l-opportunitajiet u l-involviment taghkom iz-zghazagh f'kull hidma b'rizq l-avvanz tas-socjetà li qed nghixu fiha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN