ŻBIGĦ TA' SINJALI TAT-TOROQ F' TAL-PIETA'
PR0356
21/03/2000
Il-Unit għal Ambjent Aħjar fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent se tiżbogħ mill-ġdid is-sinjali tat-toroq fi Triq il-Marina u fi Triq l-Indipendenza f'Tal-Pietà, matul il-lejl ta' bejn għada l-Erbgħa u l-Ħamis u matul il-lejl ta' bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa.
Għaldaqstant, dawn it-toroq se jkunu magħluqa għat-traffiku kif ġej:
Il-parti tat-toroq li minnha jgħaddu l-vetturi fi triqthom mill-Bombi lejn l-Imsida se tkun magħluqa bejn il-11.00 p.m. ta' l-Erbgħa u l-4.00 a.m. tal-Ħamis.
Il-parti li minnha jgħaddu l-vetturi fi triqthom lejn il-Bombi se tkun magħluqa bejn il-11.00 p.m. tal-Ħamis u l-4.00 a.m. tal-Ġimgħa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN