Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD: IL-FATTI DWAR IL-LEVY EZENTATA FUQ PATATA IMPORTATA GHALL-ISPTARIJIET

PR0348
Date Icon 20/03/2000

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD: IL-FATTI DWAR IL-LEVY EZENTATA FUQ PATATA IMPORTATA GHALL-ISPTARIJIET

Il-Ministeru tal-Biedja u Sajd jirreferi ghal dak li kiteb ghall-mezzi tax-xandir, il-kelliem ta' l-Oppozizzjoni Noel Farrugia.

Il-Ministeru, permezz ta' din l-istqarrija, qieghed jiccara u jispjega il-fatti ghal beneficcju ta' dawk li ma jafux l-affarijiet. L-ezenzjonijiet imsemmija inghataw biss fuq patata importatat ghal uzu fl-isptarijiet tal-Gvern. Din il-patata fil-fatt tizamm f'istorijiet tal-Gvern u tithalla tinhareg biss skond rekwisizzjonijiet ta' provvista mahruga mid-Dipartiment ikkoncernat. Ghaldaqstant ma seta kien hemm ebda impatt fuq is-suq lokali.

Il-kuntratt ta' provvista tal-patata ghall-isptarijiet u stabbilimenti ohra tal-Gvern huwa bil-prezz ta' 10 centezmi u tlett millezmi kull kilo, filwaqt li fiz-zmien meta nghataw l-ezenzjonijiet, il-prezz tal-patata fil-pitkalija lahaq l-20 centezmu l-kilo. Il-levy applikabbli li tithallas fuq importazzjoni ta' patata hija ta' 10 centezmi kull kilo, jigifieri meta tipparaguna mal-prezz ta' provvista lill-isptarijiet, dak ta' 10 centezmi u tlett millezmi il-kilo, jidher car li l-ezenzjoni tal-levy kienet l-unika triq li permezz taghha setghet tigi pprovduta patata friska lill-morda.

L-importatur ghamel tlett talbiet separati ghal importazzjoni ta' patata bil-levy ezentata f'perjodu ta' tlett xhur. F'kull kaz l-ufficjali kkoncernati fid-Dipartiment ta' l-Agrikultura, raw is-sitwazzjoni ta' provvista u l-prezz ta' patata mkabbra lokalment. Taw ukoll kunsiderazzjoni specjali ghall-fatt li f'kaz ta' nuqqas ta' patata friska, tintuza patata tat-trab fil-preparazzjoni ta' l-ikel tal-pazjenti u l-anzjani residenti f'isptarijiet u residenzi tal-Gvern. Ghalhekk dawn l-ufficjali taw ir-rakkomandazzjoni taghhom li l-levy, intenzjonata biex tipprotegi il-bdiewa Maltin, tista' titnehha f'dawn il-kazi partikolari, ghaliex ma kien ser jithalla l-ebda impatt negattiv fuq dawn l-istess bdiewa. Id-decizjoni ittiehdet ukoll fl-ahjar interessi tal-morda sabiex dawn jieklu patata msajjra friska u mhux trab mizjud bl-ilma.

Il-Ministeru jiddeplora l-fatt li ghal darba ohra, l-Onorevoli Farrugia qieghed jipprova johloq suspetti billi jaghmel stqarrijiet ripetittivi ta' allegazzjonijiet infondati. Il-Ministeru jixtieq ifakkar li l-Onorevoli Farrugia diga' gie mcanfar mill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni talli ma jiccekkjax il-fatti qabel jitkellem, pero' jidher li huwa ghadu jsostni li jibqa' jagixxi bl-istess mod.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow