Left arrow Mur Lura

JKOMPLI L-PROGRAMM TA? GHAJNUNA LILL-GENITURI FIL-QAFAS TAL-KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI

PR0330
Date Icon 15/03/2000

JKOMPLI L-PROGRAMM TA' GHAJNUNA LILL-GENITURI FIL-QAFAS TAL-KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI

Fl-Iskola Primarja tas-Siggiewi l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni qed ikompli bis-sensiela ta' laqghat li bdew isiru f'diversi skejjel ma' Malta u Ghawdex bl-iskop li l-genituri mhux biss jifhmu ahjar l-Kurrikulu Minimu Nazzjonali, imma jaghmluh taghhom u jaghtu s-sehem pro-attiv taghhom fit-twettiq tieghu.

Il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali b'mod mill-aktar car jirrikonoxxi "l-importanza ta' sehem il-genituri fis-success edukattiv ta' wliedhom" u "jitlob lill-iskejjel biex jinkludu l-partecipazzjoni u l-edukazzjoni tal-genituri fil-pjan ta' zvilupp taghhom." Bl-istess hegga il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali qed jistieden lill-amministrazzjoni ta' kull skola, lill-ghalliema, lill-istess genituri u lill-imsiehba l-ohra fl-edukazzjoni sabiex id' f'id, jahdmu sfiq b'mod kreattiv ghall-izvilupp tat-tfal u taz-zghazagh kif ukoll ghall-izvilupp uman ta' l-adulti fil-komunita'.

Il-progett, li diga sar f'diversi skejjel, hu mfassal biex jolqot lill-genituri kollha tat-tfal mill-Kindergarten sas-Sekondarja. Huma qed jinghataw stampa globali tal-Kurrikulu u tal-Principji li dan id-dokument ihaddan u jintalbu jiddiskutu s-sehem dirett taghhom fit-twettiq ta' dan id-dokument. Il-progett jahseb biex jghin lill-genituri jifhmu dejjem aktar l-izvilupp psiko-socjali tat-tfal taghhom u kif il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali mhux biss jaqdi dan l-izvilupp izda jilqa' ghall-isfidi socjali u edukattivi li kull eta' ggib maghha.

L-iskejjel qed ikunu mistiedna jheggu l-familji sabiex jibnu progett zghir dwar aspetti diversi ta' rahal twelidhom. Wara tittella' wirja b'dawn il-progetti.

Hu mahsub li jsiru wkoll laqghat ohra ffokati fuq temi partikolari bhall-edukazjoni bikrija u l-bidla mill-Kindergarten ghall-Primarja, sistema ta' assessjar, ix-xjenza u l-edukazzjoni primarja u sekondarja, sehem il-genituri fl-edukazzjoni ta' wliedhom, taghlim dwar temi, edukazzjoni bla skossi, il-bilingwizmu, l-ugwaljanza bejn is-sessi, u temi ohra.

Diversi skejjel hadu sehem f'dan il-progett u diga organizzaw laqghat ghall-genituri waqt li diversi skejjel ohra qed jorganizzaw jew se jorganizzaw dan il-programm fil-jiem li gejjin. Fil-fatt matul dan ix-xahar se jsiru programmi simili f'San Pawl il-Bahar, fil-Hamrun, f'Haz Zebbug, f'Had Dingli u Hal Luqa. Matul din il-gimgha fis-Siggiewi se jsiru laqghat ta' diskussjoni ghall-genituri li ghandhom it-tfal fil-Kindergarten, fil-Primarja u fis-Sekondarja.

Hemm diversi inizjattivi ohra ghaddejja. Madwar 17-il Grupp ta' Hidma qed jiltaqghu regolarment sabiex ifasslu politika edukattiva dwar diversi temi li johorgu mill-istess dokument tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali li huma: L-Iskola bhala Centru Komunitarju;, il-Partecipazzjoni tal-Genituri, id-Demokrazija fl-Iskejjel, Il-Bilingwizmu, l-Assessjar, l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, il-Kreattivita fl-Iskejjel, L-Inkluzjoni u temi ohra.

Hu mistenni li dawn il-Gruppi ta' Hidma jevalwaw is-sitwazzjoni prezenti, jidentifikaw id-diffikultajiet li l-istess progetti jistghu jiltaqghu maghhom, joffru soluzzjonijiet u mezzi ta' ghajnuna, u jfasslu pjan ta' hidma li jkun jista' jitwettaq ghal gid tat-tfal.

Hu programmat ukoll li fil-jiem li gejjin jinhareg brochure informattiv dwar il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali.

Mill-attendenza u l-mod partecipattiv tal-genituri jidher li dan il-progett ghandu l-appogg popolari tal-genituri. Min-naha taghhom il-genituri qed japprezzaw li ghal darb'ohra qed jinghataw opportunita li jifhmu u jiddiskutu dak li se jsir ghal gid ta' wliedhom. Hekk ikunu f'pozizzjoni ahjar li jghinuhom. Hu l-istess Kurrikulu li jsostni li fejn l-iskola u d-dar jahdmu id f'id il-livell akkademiku, socjali u edukattiv ta' l-iskola tjieb u b'hekk it-tfal marru ahjar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow