ĊERIMONJA TA' INVESTITURA TA' L-ORDNI NAZZJONALI TAL-MERITU
ĊERIMONJA TA' INVESTITURA TA' L-ORDNI NAZZJONALI TAL-MERITU
Il-President ta' Malta Prof. Guido de Marco dalgħodu ppresieda fuq ċerimonja ta' investitura ta' l-Ordni Nazzjonali tal-Meritu f'unur Helga Reimann MOM.
Prof. Reimann, li ma setgħatx tattendi ċ-ċerimonja uffiċjali ta' investitura li kienet saret nhar Jum ir-Repubblika fit-13 ta' Diċembru 1999, inagħtat il-medalja bħala Membru ta' l-Ordni tal-Meritu f'ċerimonja qasira fil-Palazz, Valletta.
Helga Reimann MOM hija professoressa tas-Soċjolo'ija fil-Fakulta' tal-Filosofija fl-Universita' ta' Augsburg. Hi u l-mibki żew'ha mexxew l-iżjed riċerka dwar Malta fost l-Universitajiet Ġermaniżi kollha u, x'aktarx, fost istituzzjonijiet barranin oħra.
Huma 'ew Malta għall-ewwel darba fl-1972, u bdew jorganiżżaw regolarment korsijiet ta' studju, l-iżjed fl-oqsma ta' soċjolo'ija u ekonomija, u pro'etti ta' riċerka dwar Malta. '�afna mill-istudenti tagħhom 'ew imħajra ji'u Malta biex jistudjaw aspetti diversi tal-ħajja f'pajjiżna, u sallum inkitbu taħt il-gwida tal-koppja Reimann f'Augsburg iżjed minn tletin teżi ta' dottorat u M.A. u dissertazzjonijiet għal diploma dwar Malta.
Ma hemmx aspett tal-ħajja politika, ekonomika u kulturali f'Malta li ma ntmissx mill-pro'etti tagħhom ta' riċerka. Dawn il-kuntatti wasslu biex fl-1994 sar ftehim ta' ko-operazzjoni bejn l-Universitajiet ta' Augsburg u ta' Malta.
'�aċ-ċerimonja kien hemm preżenti wkoll l-Ambaxxatur tar-Repubblika Federali Ġermaniża Gerhard Kunz.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN