PREŻENTAZZJONI LID-DAR TAL-PROVIDENZA MILL-PRESIDENT U S-SINJURA DE MARCO F'ISEM IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND
PREŻENTAZZJONI LID-DAR TAL-PROVIDENZA MILL-PRESIDENT U S-SINJURA DE MARCO F'ISEM IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND.
Il-President ta' Malta u s-Sinjura de Marco dalgħodu ppreżentaw ċekk ta' Lm1,000 f'isem il-Malta Community Chest Fund lil Mons. Lawrence Gatt, direttur tad-Dar tal-Providenza waqt żjara li għamlu fil-kumpless fis-Si''iewi.
Il-preżentazzjoni saret quddiem Villa Mons. Gonzi, l-ewwel dar tal-kumpless li kien imbeda minn Mons Mikiel Azzopardi fit-12 ta' Settembru 1965, u li issa hija s-simbolu tal-futur tad-Dar tal-Providenza hekk kif inhu għaddej fiha xogħol estensiv ta' restawr.
Il-President u s-Sinjura de Marco bdew iż-żjara tagħhom b'Quddiesa mqaddsa minn Mgr Gatt u Fr Lino Cardona SJ, pastoral facilitator, tal-kumpless fil-kappella tad-Dar tal-Providenza flimkien ma' numru ta' residenti.
Il-President u s-Sinjura de Marco wara żaru l-wirja permanenti dwar il-ħajja u x-xogħol ta' Dun Mikiel Azzopardi intitolata "Il-Messa'' ta' Dun Mikiel", kif ukoll għamlu xi ftit mumenti ta' riflessjoni fuq il-qabar tiegħu. Dun Mikiel, li twieled fl-1910, iddedika ħajtu għat-tfal u l-morda. Meta miet fl-1987, hu 'ie midfun f'wieħed mill-'onna tad-Dar tal-Providenza, fuq xewqa tiegħu. L-iskrizzjoni sempliċi fuq il-qabar tiddeskrivih bħala "ħabib tat-tfal u tal-morda." L-għan ewlieni ta' Dun Mikiel kien li jintegra lill-persuni bi bżonnijiet speċjali fis-soċjeta.
Id-Dar tal-Providenza bħalissa għandha 124 resident u 'il fuq minn 200 ħaddiem. Il-kumpless għandu bżonn Lm1,000,000 fis-sena biex jaħdem.
Il-President faħħar ix-xogħol "providenzjali" li jgħamlu l-ħaddiema u l-voluntiera tad-Dar tal-Providenza u żied jgħid li bix-xogħol tagħhom "qed taghtu tifsira ta' x'inhi l-imħabba lejn il-proxxmu."
Fil-waqt li rringrazzja lill-President u s-Sinjura de Marco ta' l-għotja mingħand il-Malta Community Chest Fund, Mons. Gatt fisser id-dispjaċir tiegħu meta ma jkunux jistgħu jilħqu lil kulħadd minħabba nuqqas ta' spazju u risorsi.
Il-President u s-Sinjura de Marco kienu milqugħa wkoll mill-amministratur tad-Dar tal-Providenza is-Sur John Micallef, Dr Jimmy Farrugia, il-Public Relations Officer Lewis Portelli, is-Sindku tas-Si''iewi is-Sur Carmelo Aquilina u Madre Maria Antida Mifsud.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN