TLETIN SKRIVAN GHAWDXI JIBDEW JAHDMU F?GHAWDEX
TLETIN SKRIVAN GHAWDXI JIBDEW JAHDMU F'GHAWDEX
Waqt zjara fl-ufficcji l-godda tat-taqsima tas-Sigurta' Socjali f'Ghawdex, il-Ministru Giovanna Debono qalet li bit-trasferiment ta' tletin skrivani ohra minn Malta ghal Ghawdex mhux biss tkompla pjan li kien inbeda minn amministrazzjoni Nazzjonalista fl-1995 u tkompla wkoll mill-amministrazzjoni precedenti, izda twettqet ukoll weghda elettorali tal-gvern prezenti li ‘issir revizjoni estensiva ta' servizzi u xoghol amministrattiv tal-Gvern u Korpi Parastatali, bil-hsieb li dak ix-xoghol li jista' jsir f'Ghawdex jibda jsir hemm biex hekk l-akbar numru ta' Ghawdxin ikunu jistghu jahdmu f'Ghawdex stess'.
Permezz ta' din is-sezzjoni gdida, issa kull applikazzjoni li ssir minn Malta jew Ghawdex ghal beneficcji ta' mard, qaghad jew zwieg, tigi processata f'Ghawdex u jekk tkun verifikata tigi moqdija fi zmien gimgha, meta qabel dan il-process kien idum iktar minn xahar. B'kollox din is-sezzjoni illum tilqa' fiha sittin skrivan Ghawdxi, li lkoll bdew il-hidma taghhom f'Ghawdex wara tahrig intensiv fix-xoghol li qeghdin jaghmlu. Ghal dan il-ghan, il-Ministeru ghal Ghawdex biddel sala kbira u antika fil-bini ta' l-istess Ministeru f'ufficini adattati ghal dawn l-iskrivani, armati b'apparat ta' kompjuters u teknologija ohra bi spiza ta' eluf kbar ta' liri.
Fi tmiem iz-zjara taghha, il-Ministru Debono qalet li dan it-trasferiment ta' back office work lejn Ghawdex huwa biss il-bidu ta' sforzi ohra simili li qed isiru mill-Ministeru ghal Ghawdex f'hafna oqsma u dipartimenti ohra.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN