SISTEMA TA' REGISTRAZZJONI TA' KUNTRATTURI MINN DIN IS-SENA
Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li hi l-intenzjoni tal-Gvern li s-sistema 'dida ta' re'istrazzjoni ta' kuntratturi tidħol fis-seħħ din is-sena. Hu żied li di''� tlesta l-abbozz li qed ikun studjat mill-korpi rappreżentati fil-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini ħalli fi żmien qasir ikun jista' jitressaq memorandum għall-kunsiderazzjoni tal-Kabinett.
Il-Ministru Zammit Dimech kien qed jitkellem dalgħodu f'konferenza ta' l-aħbarijiet li matulha l-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini (BICC) u l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħri' (ETC) nidew flimkien program ta' korsijiet ta' taħri' dwar snajja fis-settur tal-kostruzzjoni.
Hu qal li ilha tinħass il-ħtie'a li jkun introdott re'istru għall-kuntratturi kollha li jipprovdu xi forma ta' servizz lill-industrija tal-kostruzzjoni biex b'hekk titjieb il-kwalit'� tax-xogħol u fl-istess waqt issir aktar faċli li wieħed jagħżel, b'mod partikolari meta jkun hemm sejħiet għal offerti.
Il-Ministru Zammit Dimech għamilha ċara li din ir-re'istrazzjoni se tkun fuq bażi volontarja u l-informazzjoni se tkun aċċessibbli għal kulħadd.
Irrifera wkoll għall-inizjattivi 'odda li se jieħdu l-BICC u l-ETC fir-rigward ta' taħri' fil-qasam tal-kostruzzjoni u qal li mit-tagħrif li għandu jirriżulta li qed tikber il-problema tan-nuqqas ta' ħaddiema f'dan is-settur. Għal din ir-ra'uni qed tiżdied id-domanda mingħand kuntratturi biex ikunu jistgħu jimpjegaw ħaddiema barranin.
Hu għalhekk importanti, kompla l-Ministru Zammit Dimech, li aktar żgħażagħ ikunu mħajra jaqbdu karriera f'dan il-qasam fejn għadhom jeżistu ħafna opportunitajiet ta' xogħol.
Hu qal li l-problema ta' nuqqas ta' ħaddiema toħro' ċara mill-istħarri' li sar fost kuntratturi u dipartimenti governattivi matul is-sajf tas-sena l-oħra, kif ukoll min-numru ferm żgħir li jagħtu preferenza lil impjieg fl-industrija tal-bini minn fost dawk li qed jirre'istraw għax-xogħol.
Il-Ministru Zammit Dimech wera t-tama li l-korsijiet li se jibdew isiru bħala parti minn pro'ett pilota jservu biex il-kuntratturi tal-bini jibdew isibu r-riżorsi li jkollhom bżonn minn fost ħaddiema Maltin, imħarr'a u ikkwalifikati.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN