IL-ĦTIEGA TA? RIEDA GHALL-BIDLA FL-AMMINISTRAZZJONI TAL-ĠUSTIZZJA F?PAJJIZNA
IL-'�TIEGA TA' RIEDA GHALL-BIDLA FL-AMMINISTRAZZJONI TAL-ĠUSTIZZJA F'PAJJIZNA
Il-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali, Dr Austin Gatt, saħaq fuq il-ħtie'a ta' rieda għall-bidla minn dawk kollha involuti fl-amministrazzjoni tal-'ustizzja f'pajjiżna. Huwa qal dan kmieni llum wara nofsinhar waqt ċerimonja li matulha ngħataw il-warrant 51 avukat u 5 prokuraturi legali 'odda.
Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Gatt qal li hemm bżonn li kemm il-Gvern, l-avukati u l-'udikatura jaħdmu flimkien sabiex jattwaw riformi li kull settur waħdu ma jistax jimplimenta. Dr. Gatt spjega kif fl-aħħar sena kienu ppreżentati medja ta' 5,500 kawżi ċivili 'odda u 11,000 kawżi kriminali 'odda, u kif ma nistgħux nibqgħu nittrattaw dan in-numru kbir ta' kawżi b'sistemi ta' tletin sena ilu.
"Minn naħa tiegħu l-Gvern għandu programm ta' riformi amministrattivi, li jinkludi 50 inizjattiva, li kienu elenkati fid-diskors tal-Budget li għadda," kompla Dr. Gatt. Huwa żied jgħid li "hemm bżonn jittieħdu ċerti deċiżjonijiet li jbiddlu l-mod ta' kif kulħadd dara jaħdem – u għalkemm se jkun hemm reżistenza minn xi wħud, ma nistgħux ma nwettqux dawn ir-riformi."
Il-Ministru qal ukoll li kulħadd irid iħares lejn il-Qorti bħala post ieħor minn fejn irid jinqeda l pubbliku. Huwa fakkar lill-avukati l-'odda dwar l-obbligi tagħhom lejn il-klijenti tagħhom u dwar il-ħtie'a li l-pubbliku ma jkunx meqjus bħala sempliċi statistika.
Dwar l-avukatura, il-Ministru Gatt qal li mill-1990 sal-lum iggradwaw avukati daqskemm laħqu avukati mill-1916 sal-1990. Huwa saħaq fuq il-ħtie'a li l-Kamra tal-Avukati tieħu fuqha rwol 'did, wieħed aktar qrib dak ta' Bar Associations barranin, fejn fost l-oħrajn, dawn jieħdu rwol aktar attiv, kważi determinanti fl-għoti tal-warrants lill-membri tagħhom. Dr. Gatt wiegħed l-appo'' tiegħu u tal-Gvern lill-Kamra ta' l-Avukati fl-impenji tagħha sabiex jintlaħaq dan l-għan.
Il-Ministru Gatt għamel riferenza wkoll għall-ex President tal-Kamra ta' l-Avukati, il-Professur Ren'� Cremona, li miet dan l-aħħar. Huwa qal li l-Prof. Cremona kien persuna li l-avukati l-'odda għandhom iħarsu lejh bħala eżempju fil-professjoni tagħhom, xempju ta' l-integrit'� personali u ta' prinċipju, li huma determinanti għal professjoni ta' avukat.
Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll il-Prim Imħallef Joseph Said Pullicino, l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika Dr. Anthony Borg Barthet, il-President tal-Kamra ta' l-Avukati Dr. Joseph Azzopardi, il-President tal-Kamra tal-Prokuraturi Legali Chev. Paul Saliba, u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali s-Sur Joseph Tabone Adami.
09.03.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN