- DISKUSSJONIJIET DWAR KORS TA' FIRST DEGREE FL-IPPJANAR
DISKUSSJONIJIET DWAR KORS TA' FIRST DEGREE FL-IPPJANAR
Bhalissa ghaddejjin diskussjonijiet bejn l-Universita' ta' Malta, permezz ta' l-International Environment Institute, u l-Universita' ta' Central England (Birmingham) biex isir kors ta' first degreefl-ippjanar. Il-bzonn ta' dan il-kors qed jinhass peress illi bhalissa f'Malta, f'dak li ghandu x'jaqsam ma' l-ippjanar, qed ikunu organizzati biss korsijiet f'livell ta' diploma u masters.
Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern, il-Perit George Pullicino, waqt seminardwar l-Ippjanar, l-Ambjent u l-Unjoni Ewropea li qed ikun organizzat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Is-Segretarju Parlamentari sahaq li shubija fl-Unjoni Ewropea tghin hafna fit-tahrig ta' l-istudenti. Fill-fatt diga' bdew diskussjonijiet ma' l-Universita' ta' Central England biex mis-sena li gejja, permezz tal-programm Leonardo, ikun hemm finanzjament mill-Unjoni Ewropea ghal tahrig biex studenti jkunu jistghu jiksbu iktar esperjenza fl-ippjanar. Mhux hekk biss, izda l-istudenti jkunu jistghu jinghataw l-opportunita' biex ikomplu jistudjaw barra minn Malta permezz tal-programm Erasmus.
Il-Perit Pullicino fahhar l-inizzjattivi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li dejjem enfazizzat il-htiega u l-importanza li jkun hawn nies kwalifikati fl-ippjanar u ohrajn li jkunu kwalifikati f'oqsma li huma mehtiega biex fil-pajjiz ikun hawn ippjanar serju. F'Malta, sa ftit zmien ilu, ma kien hawn hadd li kien ikkwalifikat fl-ippjanar. Fil-pajjiz kienet tezisti politika li ma kienitx temmen fl-ippjanar integrat u li kienet tassumi li l-art fil-pajjiz hija infinita, meta fil-fatt in-nuqqas ta' art hija forsi l-ikbar problema ambjentali li ghandu il-pajjiz.
Kien ghalhekk li ghaxar snin ilu, il-Gvern iddecieda li jiehu mizuri biex zghazagh Maltin jinghataw tahrig barra minn Malta billi isegwu studji fl-ippjanar. Pass iehor 'il quddiem kien meta f'dawn l-ahhar snin il-korsijiet ghal diploma u masters bdew isiru f'Malta stess. Biex professjoni tikber u tizviluppa irid ikun hemm integrazzjoni shiha bejn il-prattika, it-tahrig u r-ricerka relatati mal-professjoni partikolari. Dan il-ghan jista' jintlahaq jekk ikun hemm edukazzjoni u ricerka fil-pajjiz stess. Fl-istess hin huwa importanti li min huwa involut fl-ippjanar ikun espost ghal prattici differenti milli jkun imdorri bihom hawn Malta u ghalhekk zjarat u studju barra minn Malta ghandhom ikunu dejjem inkoraggiti.
L-ippjanar huwa dinamiku u korsijiet fl-ippjanar iridu jkunu aggornati spiss. L-edukazzjoni fl-ippjanar trid tkun wahda li fiha jaghtu l-kontribut hafna mid-Dipartimenti ta' l-Universita', liema kontribut ghandu jkun ko-ordinat minghajr ma l-ebda Dipartiment jassumi ghalih ir-rwol ta' espert fl-ippjanar, ghax fih innifsu l-ippjanar huwa espressjoni ta' diversi lingwaggi li juzaw dixxiplini ohra.
8.03.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN