Left arrow Mur Lura

GHOTJA TA' SIGAR TAZ-ZNUBER MILL-MINISTERU TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD LILL-KUNSILLI LOKALI FL-OKKAZJONI TAL-MILLENNJU L-GDID

PR0296
Date Icon 08/03/2000

GHOTJA TA' SIGAR TAZ-ZNUBER MILL-MINISTERU TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD LILL-KUNSILLI LOKALI FL-OKKAZJONI TAL-MILLENNJU L-GDID

Dan il-Gvern dejjem ta importanza lill-Kunsilli Lokali f'kull aspett. Ghaldaqstant m'hux ser jonqos li jkompli b'din il-policy minn naha tas-settur agrikolu u rurali. Dan qalu l-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, fl-okkazjoni ta' l-ghoti ta' sigar lill-Kunsilli Lokali fin-Nursery ta' Wied Incita.

Il-Ministru Ninu Zammit qal li l-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd dejjem sahaq fuq l-importanza ta' l-agrikoltura u l-impatt li din thalli fuq l-ambjent rurali taghna. L-agrikoltura hija l-mod li bih dan l-ambjent jigi preservat u mizmum ghat-tgawdija taghna l-Maltin u t-turisti li jzuruna. Is-settur agrikolu huwa strumentali biex jikkonserva dan l-ambjent. F'dan il-kuntest il-biedja u l-ambjent dejjem imxew id f'id. Fil-fatt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura dejjem inkoraggixxa u hadem biex tizdied l-afforestazzjoni f'pajjizna permezz ta' programm kontinwu ta' thawwil ta' sigar.

Il-Ministru Zammit zied jghid li l-Kunsilli Lokali bis-serjeta' qed jiehdu hsieb l-ambjent tal-lokalita' taghhom. Ghaldaqstant hu importanti, kif ukoll id-dmir ta' kull Kunsill Lokali, li jissalvagwardja l-ambjent naturali tal-lokalita' tieghu, kif ukoll jikkontribwixxi ghall-landscaping fl-istess konfini. B'dan il-mod il-Kunsilli Lokali, fit-totalita' taghhom, ikunu qed jikkontribwixxu direttament ghas-sbuhija ta' l-ambjent naturali Malti in generali.

Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd, illum aktar minn qatt qabel, qed jifhem u japprezza r-rabta bejn il-hidma agrikola u l-preservazzjoni tal-pajsagg u l-kampanja tipika Maltija. Fil-fatt din ir-rabta issib l-gharfien taghha fl-imsejjah multifunctionality tal-biedja, jigifieri illi l-biedja sservi diversi funzjonijiet. Ghaldaqstant bhala att simboliku, il-Ministru Ninu Zammit ha l-inizjattiva biex jipprezenta 20 sigra lil kull Kunsill Lokali ghal lokalita' tieghu. Il-Ministru stqarr il-konvinzjoni tieghu li dan ser iservi biex il-kunsilli jkomplu jitheggu biex jikkontribwixxu ghar-re-embellishment tal-kampanja Maltija. B'dan il-mod il-kampanja Maltija ser ikollha aktar minn 1000 sigra indigena taz-Znuber introdotta b'dan il-gest, li ghandu jservi ta' ezempju ghal entitajiet ohra. Dawn is-sigar ser jinghataw lil kunsilli biex jiddisponu minnhom skond il-htiega tal-lokalita' taghhom. Iz-Znuber, li hija sigra indigena Maltija, barra li taghti dehra sabiha lill-ambjent ta' madwara, hija sigra evergreen kif ukoll iservu kemm ta' wind breaker' kif ukoll bhala sigra li tipprovdi d-dell mix-xemx fix-xhur sajfin.

Dawn is-sigar tkabbru fis-serer billi l-ewwel inzerghat iz-zerriegh fi qsari. Meta nibtu u saru xtieli, gew transplanted diversi drabi biex ikomplu jikbru u jissahhu. Wara dan l-istadju, dawn is-sigar jigu esposti ghall-elementi naturali u b'hekk inkunu nistghu nintroducuhom fil-kampanja taghna b'mod izjed professjonali.

Il-Ministru Ninu Zammit temm jghid li din hija parti mill-isforz tal-Ministeru biex inhawlu ammont sostanzjali ta' sigar endemici u indigeni. Dan jorbot max-xoghol kollu li qed isir fil-Micro Propagation Centre ta' Hal Lija bil-ghan li kemm il-bdiewa u kif ukoll il-Kunsilli Lokali jigu provduti b'sigar addattati ghall-ambjent naturali tal-gzejjer Maltin.

8.03.2000

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow