IL-PRIM MINISTRU JATTENDI T-TNEDIJA TAL-GWARDJANI LOKALI FIT-TIENI GRUPP TA' KUNSILLI LOKALI
IL-PRIM MINISTRU JATTENDI T-TNEDIJA TAL-GWARDJANI LOKALI FIT-TIENI GRUPP TA' KUNSILLI LOKALI
Il-Prim Ministru akkumpanjat mill-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali, Austin Gatt, assista għat-tnedija tal-Gwardjani Lokali fit-tieni grupp ta' Kunsilli Lokali. ('�'Attard, '�al Balzan, Birkirkara, '�ad Dingli, l-Iklin, '�al Lija, l-Imdina, ir-Rabat u Santa Venera). Iċ-ċerimonja saret fil-pjazza quddiem iċ-Ċentru Ċiviku ta' Birkirkara – li huwa wkoll is-sede tat-Tribunal Lokali għal dan il-grupp.
Il-Prim Ministru u l-Ministru Gatt intlaqgħu mis-Sindku ta' Birkirkara, Tonio Fenech, u mis-Sindki tal-lokalitajiet imsemmija. Ltaqa' wkoll mal-Kuntrattur li jipprovdi s-servizz tal-Gwardjani f'dan il-Grupp. Il-Ministru Gatt spjega l-metodu ta' kif se jaħdmu l-Gwardjani Lokali fil-lokalitajiet diversi. Il-Prim Ministru ltaqa' wkoll ma' numru ta' Gwardjani Lokali.
Il-Prim Ministru u l-Ministru Gatt żaru wkoll lill-kumpanija Datatrak li pprovdiet is-software li qed jitħaddem fis-sistema tal-Gwardjani u li qed tmexxi din is-sistema. Saret preżentazzjoni mill-kumpanija dwar il-proċess tas-sistema: mill-ħru' ta' l-avviż ta' kontravenzjoni sa meta jitħallas jew jinstema' l-każ mill-Kummissarju tal-Ġustizzja.
Il-Prim Ministru esprima sodisfazzjon li t-teknolo'ija moderna tintuża biex jittejjeb il-livell ta' l-amministrazzjoni. Finalment, amministrazzjoni eħfef tfisser għixien aħjar għall-pubbliku li jkun qed jinqeda aħjar.
Il-Prim Ministru rringrazzja lill-Kunsilli Lokali, lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u lill-kuntratturi privati involuti fix-xogħol li twettaq fit-tħejjija tas-sistema tal-Gwardjani Lokali.
8.03.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN