IMNIEDI IL-PROGRAMM TAL-JUM NAZZJONALI TAZ-ZGHAZAGH
IMNIEDI IL-PROGRAMM TAL-JUM NAZZJONALI TAZ-ZGHAZAGH
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni l-Onor. Jesmond Mugliett waqt Konferenza ta' l-Ahbarijiet li saret dalghodu spjega u ta dettalji tal-programm ta' attivitajiet fl-okkazjoni tal-Jum Nazzjonali taz-Zghazagh li din is-sena ser isiru fi spazju ta' ghaxart ijiem. Dawn l-attivitajiet jaraw il-bidu taghhom nhar il-Hadd li gej, b'serata f'Dar il-Mediterran mill-istudenti tal-Junior College.
Dawn l-attivitajiet qed jigu organizzati flimkien mal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh. Il-President tal-Kunsill, Alessandro Farrugia, qal li din is-sena, bhal snin ohra, il-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh qieghed jaghti s-sehem tieghu f'dawn l-attivitajiet. Huwa tenna wkoll li bhala preparazzjoni ghal dawn l-attivitajiet il-Kunsill ghadu kemm organizza Seminar ghaz-Zghazagh dwar il-vizjoni gdida lejn il-bidla.
Waqt l-istess konferenza tkellem ukoll Mr John Demanuele, f'isem id-Dipartiment ghaz-Zghazagh u l-Isport, fejn qal li minhabba li din is-sena ser isiru bosta attivijiet minn ghadd sabih ta' ghaqdiet u organizzazzjonijiet inholqot sinergija bejn dawn l-ghaqdiet kollha, fejn flimkien ser jtellghu dawn l-attivitajiet fosthom fi skejjel post-sekondarji, fabbriki, f'Misrah il-Helsien u sahansitra f'Ghawdex. Huwa kompla jghid li ser isiru ukoll zewg attivitajiet f' Dar il-Mediterran, wahda mill-istudenti tal-Junior College u l-ohra l-"Imhabba Kollox" mill-Corinthia Animation Team, zewg prezentazzjonijiet li qed joholqu stennija kbira miz-Zghazagh.
L-Onor. Jesmond Mugliett irringrazzja lill-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh, u lil l-HSBC ghas-support finanzjarju. Qal ukoll li hu ta' sodisfazzjon kbir ghalih li ghadd ta' ghaqdiet u organizzazzjonijiet ser jahdmu flimkien matul dawn il-jiem li gejjin. Fl-ahharnett huwa appella lill-media sabiex fejn hu possibli jsegwu dawn l-attivitajiet u jirrappurtahom fil-mezzi taghhom halli b'hekk jintlahqu dawk iz-zghazagh li ghadhom m'humiex imsiehba f'xi organizzazzjoni.
Fl-ahharnett Mr Ed Lawton, HSBC Head of Credit, tenna li hu importanti li l-HSBC jsegwi dak kollu li qed jaghmlu z-zghazagh. Din l-ghotja hija parti mill-policy li jhaddan l-HSBC li jghin inizjattivi fost iz-zghazagh. Imbaghad Mr Lawton ipprezenta lil Mr Mugliett cekk ta' Lm 4,000 bhala ghajnuna ghal dawn l-attivitajiet.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN