AKTAR DEVOLUZZJONI TA' PROPRJET LILL-KUNSILLI LOKALI
AKTAR DEVOLUZZJONI TA' PROPRJET'� LILL-KUNSILLI LOKALI
Il-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr Austin Gatt, illum assista għall-iffirmar ta' ftehim bejn id-Dipartiment ta' l-Artijiet u żew' Kunsilli Lokali, sabiex dawn jieħdu f'idejhom it-titlu ta' proprjet'� pubblika.
L-ewwel ċerimonja li attenda għaliha l-Ministru Gatt kienet dik li matulha l-Kunsill Lokali ta' Birkirkara ffirma ftehim mad-Dipartiment ta' l-Artijiet, sabiex jieħu f'idejh l-amministrazzjoni taċ-Ċentru Ċiviku. Preżenti wkoll kien hemm il-Ministru ta' l-Intern Dr. Tonio Borg, li huwa responsabbli mid-Dipartiment ta' l-Artijiet.
Is-Sindku tal-lokalit'�, is-Sur Tonio Fenech spjega d-diversi entitajiet pubbliċi li joffru servizz lil komunit'� ta' B'Kara, fosthom, id-Dipartiment tas-Saħħa b'diversi servizzi bħal dak ta' klinika u d-Dipartiment tal-Libreriji Pubbliċi, u kif ukoll, ċ-ċentru ta' matul il-jum għall-anzjani, u l-Youth Empowerment Centre. Is-Sindku Fenech spjega wkoll li minbarra hekk, iċ-Ċentru jilqa' fih l-uffiċċji amministrattivi tal-Kunsill, u kif ukoll is-sede tat-Tribunal Lokali għall-grupp ta' disa' Kunsilli Lokali.
Il-Ministru Gatt, f'diskors qasir li għamel faħħar l-impenn tal-Kunsill Lokali ta' B'Kara, li kkordina l-ħidma kollha sabiex setgħet issir ċ-ċerimonja tal-lum. Huwa insista fuq il-ħtie'a li l-Kunsilli Lokali jkomplu jaħdmu fil-qasam soċjali u sostna li d-devoluzzjoni taċ-Ċentru Ċiviku hija l-ewwel waħda tax-xorta tagħha u li din tfisser, bil-fatti, il-mod ta' kif il-Gvern iħares lejn il-Kunsilli u kemm jafda fil-ħila tagħhom.
Ftehim ieħor kien iffirmat bejn l-istess Dipartiment ta' l-Artijiet u l-Kunsill Lokali Żabbar, li issa ħa f'idejh it-titlu ta' ground tal-football fil-lokalit'�. Permezz ta' dan il-ftehim, il-Kunsill ħa f'idejh it-titlu ta' din il-faċilit'� sportiva sabiex jamministra fl-aħjar interess tar-residenti ta' '�aż Żabbar.
Il-Ministru Gatt tkellem dwar l-impenn ta' diversi Kunsilli sabiex jutilizzaw il-politika ta' devoluzzjoni ta' proprjet'� li l-Gvern qed iwettaq. Huwa qal li huwa sodisfatt bil-medda ta' pro'etti diversi li l-Kunsilli Lokali qed jipproponu, u li dawn qed ikunu wkoll iffukati fuq l-aspett soċjali; li skond Dr. Gatt hija t-triq li l-Kunsilli jridu jaqbdu għall-futur.
Intant, aktar kmieni wara nofsinhar, il-Ministru Gatt attenda għall-ċerimonja qasira li matulha l-Kunsill Lokali Piet'� ngħata ċ-ċertifikazzjoni tal-ISO 9002. Din iċ-ċertifikazzjoni tfisser li s-servizzi mogħtija mill-Kunsill huma ta' livell tajjeb ħafna. Il-Ministru Gatt qal li dan huwa l-ewwel Kunsill Lokali li ħa fuqu l-impenn li jwiegħed servizz ta' kwalit'� lir-residenti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN