Left arrow Mur Lura

SER JIBDA JIFFUNZJONA C-CENTRU TA? L-GHAQDIET MHUX GOVERNATTIVI GHAWDXIN

PR0279
Date Icon 04/03/2000

SER JIBDA JIFFUNZJONA C-CENTRU TA' L-GHAQDIET MHUX GOVERNATTIVI GHAWDXIN

Il-Ministru ghal Ghawdex, Giovanna Debono illum iltaqghet ghall-ewwel darba ma' l-ghaqdiet volontarji u mhux governattivi fic-Centru l-gdid li nbena ghalihom fi Triq Hamet, limiti tax-Xewkija.

Din il-laqgha saret fl-okkazjoni tat-tqassim ta' Lm20,000 lil diversi ghaqdiet volontarji Ghawdxin illi jaghmlu xoghol fl-oqsma edukattivi, socjali u kulturali.

F'diskors ta' l-okkazjoni, il-Ministru Debono spjegat li permezz tac-Centru l-gdid il-Ministeru ghal Ghawdex qieghed joffri post lill-ghaqdiet Ghawdxin fejn ikunu jistghu jaghmlu laqghat, jattendu seminars ta' tahrig u fejn jaghmlu r-ricerka mehtiega.

Dan ic-Centru li ser ikun mghammar b'facilitajiet ta' librerija b'kotba u rivisti u computer bis-servizz ta' l-Internet ser ikun l-ewwel tat-tip tieghu fil-gzejjer Maltin.

L-Onor. Debono fahhret u rringrazzjat lit-tmenin ghaqda volontarja li bbenefikaw minn din l-iskema ta' ghajnuna. Hija sahqet li l-impenn u l-hidma volontarja tal-membri taghhom huma differenti hafna biex tikkwantifikahom u tistma l-valur taghhom; ghandhom potenzjal kbir, potenzjal li l-ghaqdiet ghandhom ikomplu jizviluppaw flimkien ghall-gid tal-poplu Ghawdxi kollu.

Il-Ministru Debono temmet id-diskors taghha billi habbret li c-Centru l-gdid ta' l-NGO's Ghawdxin ser ikun inawgurat ufficjalment fi zmien qasir mill-Prim Ministru ta' Malta, biex jibda l-hidma intensiva tieghu f'dan il-qasam socjali f'Ghawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow