Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU LOUIS DEGUARA JINAWGURA S-SIR TEMI ZAMMIT UNIT FL-ISPTAR SAN LUQA

PR0277
Date Icon 04/03/2000

IL-MINISTRU LOUIS DEGUARA JINAWGURA S-SIR TEMI ZAMMIT UNIT FL-ISPTAR SAN LUQA

Matul din il-gimgha kien ikkonfermat ghal darba ohra bil-fatti l-impenn ta' l-amministrazzjoni prezenti fis-settur tas-sahha.

Dan qalu l-Ministru tas-Sahha, Louis Degura, waqt l-inawgurazzjoni tal-Unit Sir Temi Zammit, fl-Isptar San Luqa. Dan il-unit gdid kien trasferit mill-Isptar Boffa fejn kien maghruf bhala l-Fever Unit.

Il-Ministru tas-Sahha qal li matul din il-gimgha kien iffirmat il-kuntratt ghad-disinjar u l-bini ta' l-Isptar il-gdid, waslet l-MRI Scanner u tinsab fil-process li tkun installata, sabiex lejn l-ahhar ta' dan ix-xahar jibdew l-ewwel testijiet fuqha, qabel tibda tintuza mill-pazjenti u llum qieghed jinfetah dan il-unit gdid. Matul l-ahhar jiem fl-Isptar San Luqa wasal ukoll mikroskopju li permezz tieghu jistghu isiru operazzjonijet aktar sofistikati biex jitnehhew tumuri minn mal-mohh kif ukoll minn max-xewka tad-dahar. Hu kompla jghid li l-gimgha d-diehla ser tinfetah sala modernizzata fl-Isptar Monte Carmeli biex issa dawk il-pazjenti, li jkunu qeghdin f'sala li fiha jkun hemm bzonn li jsir xoghol strutturali, jkunu temporanjament trasferiti f'din is-sala.

Barra minhekk sostna Louis Deguara aktar tard matul din is-sena ser tinfetah ukoll il-Coronary Intensive Care Unit biex jittaffa l-piz minn fuq l-ITU kif ukoll Angiosuite gdid. Dan minbarra d-diversi riformi li ser ikunu implimentati fis-sistema tat-tmexxija. Ghal dan il-ghan ukoll, rega' gie kostitwit kumitat ta' tmexxija ghall-Isptar San Luqa li ser ikunu responsabbli mill-implimentazzjoni tar-riformi kif deciz minn kumitat li twaqqaf apposta biex jorganizza r-riformi.

Dwar il-unit il-gdid, il-Ministru Deguara qal li dan huwa hafna aktar attrezzat minn dak li kien hemm fl-Isptar Boffa, tant li fih hemm zewg kmamar li fihom l-arja tinbidel 10 darbiet kull siegha, filwaqt li fil-kumplament tal-unit l-arja tinbidel darbtejn kull siegha. Dan ikompli jnaqqas il-periklu lill-infermiera u l-impjegati li jahdmu f'din is-sala filwaqt li l-pazjenti ser ikunu rikoverati f'aktar kumdita`.

Minn dan il-unit ukoll ser ikun provdut servizz ta' out-patients meta jkun hemm il-bzonn u ghall-ewwel darba il-unit ser ikun imqabbad mas-sistema komputerizzata tad-Divizjoni tas-Sahha. Il-unitjipprovdi wkoll spazju fejn isiru lectures, kif ukoll biex l-impjegati jkunu jistghu jiltaqghu flimkien. Barra minhekk f'kaz ta' kontaminazzjoni l-istaff ghandu wkoll facilitajiet adegwati biex ikun jista' jibqa' fil-unit f'kaz li jkun necessarju li jsir izolament.

Il-Ministru tas-Sahha fid-diskors tieghu fahhar id-dedikazzjoni ta' l-impjegati ta' dan il-unit li marru aktar lil hinn minn dak li wiehed jistenna minnhom biex dan il-unit ikun lest fiz-zmien kif ukoll biex ikun attrezzat bl-ahjar facilitajiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow