Left arrow Mur Lura

L-EMBELLISHMENT TAL-PROMENADE F'TAS-SLIEMA: L-EWWEL FAŻI TITLESTA FIS-SAJF

PR0274
Date Icon 04/03/2000

L-ewwel fażi tal-pro'ett ta' l-embellishment tal-promenade f'Tas-Sliema u li se tkopri tul ta' 850 metru bejn il-Fortizza u t-Torri, se titlesta sal-bidu tas-sajf li 'ej biex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda inkonvenjent tul waħda mill-aktar promenades popolari fil-pajjiż.

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech, meta dalgħodu żar ix-xogħlijiet li qed isiru bħalissa, biex din il-promenade tingħata dehra kompletament 'dida wara li kien ilu ma jsir upgrading fiha għal dawn l-aħħar tletin sena.

Ix-xogħlijiet li qed isiru f'din il-fażi, minn ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, jinkludu t-tneħħija tar-railings u bollards eżistenti, bini ta' sottobank u ta' bollards'odda, twaħħil ta' railings 'odda u aktar attraenti, kanali għall-ilma tax-xita, il-bini ta' 'ibjun kbir għall-ilma fl-inħawi tas-Surfside, il-bini ta' sitt gallariji 'odda li jagħtu fuq ix-xatt, sistema ta' irrigazzjoni għall-ilma, pavimentar 'did, postijiet għat-tħawwil ta' pjanti u xtieli tal-fjuri, u t-tqegħid taħt l-art ta' servizzi 'odda tad-dawl, ilma u telefon.

Barra minhekk, se jsiru wkoll bankijiet 'odda, funtani żgħar, arbli dekorattivi tad-dawl u kiosk 'did f'Fond Għadir.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li wara li jgħaddi s-sajf ikunu jistgħu jinbidlu l-bankini li hemm tul Triq it-Torri kollha faċċata tal-promenade, kif ukoll tibda t-tieni fażi tal-pro'ett, li se tkopri r-rinovazzjoni tal-promenade bejn it-Torri u l-Kunvent tal-Karmelitani. Hu wera t-tama li kmieni s-sena d-dieħla tkun tista' tinbeda wkoll it-tielet fażi li tkopri l-promenade bejn il-Kunvent tal-Karmelitani u l-Bajja ta' Spinola f'San Ġiljan.

Filwaqt li semma li l-ewwel żew' fażijiet tal-pro'ett, li huma koperti bil-permessi kollha ta' l-Awtorit'� ta' l-Ippjanar, se jiswew madwar Lm2 miljun, il-Ministru Zammit Dimech qal li dawn ix-xogħlijiet qed isiru taħt id-direzzjoni tas-Sliema Embellishment Executive Committee, li twaqqaf kmieni s-sena l-oħra taħt it-tmexxija tal-Perit Joseph Falzon u Marie Louise Caruana u li hu magħmul minn rappreżentanti tal-Ministeru u diversi periti u tekniċi mid-Dipartiment tal-Bini u In'inerija.

Hu fakkar li f'nofs is-sena li għaddiet kienet saret wirja pubblika kemm f'Tas-Sliema, kif ukoll f'San Ġiljan, tal-pjani u disinji, li saru mill-Perit Emanuel Buttigieg, u sar ukoll proċess ta' konsultazzjoni ma' dawk li ressqu l-fehmiet tagħhom b'mod partikolari mal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema.

Il-Ministru Zammit Dimech stqarr li hu l-ħsieb tal-Gvern li dan il-pro'ett jibqa' jkun estiż ukoll għal Paceville. Hu qal li dwar din il-lokalit'�, li hi l-aktar waħda popolari u fejn hemm l-akbar konċentrazzjoni ta' stabbilimenti ta' divertiment fil-gżejjer Maltin, qed ikunu kunsidrati xi proposti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow