Left arrow Mur Lura

zŻJARA UFFIĊJALI TAL-PRESIDENT TA' MALTA FL-INSTITUTE OF TOURISM STUDIES

PR0269
Date Icon 02/03/2000

ZŻJARA UFFIĊCJALI TAL-PRESIDENT TA' MALTA FL-INSTITUTE OF TOURISM STUDIES

"It-Turiżmu huwa wieħed mill-aktar fatturi pożittivi għall-futur ta' Malta." Hekk tenna l-E.T. Prof. Guido de Marco, President ta' Malta, waqt iż-żjara uffiċjali fl-Institute of Tourism Studies, f'San Ġiljan illum.

Meta indirizza grupp żgħir ta' studenti tal-management, il-President saħaq li "jekk aħna narfu niżviluppaw l-industrija tat-turiżmu bl-għaqal, iż-żgħażagħ għandhom futur."

"It-turiżmu huwa bħal għasfur kemm kemm mistħi miċ-ċirkostanzi politiċi kemm interni u kemm esterni. Biex dan it-turiżmu nibżu' għalih għandna nimxu b'għaqal politiku kemm internament fil-pajjiż u kemm bl-importanza li jkollna relazzjonijiet tajbin, u jkun hemm anki il-paċi madwarna. Dak kollu li jħalli effett negattiv fuq il-paċi interna fil-pajjiż u madwarna jħalli wkoll effett negattiv fuq it-turiżmu lejn Malta. Aħna għandna interess li na'ixxu b'mod li ma jgħamilx ħsara lil dan is-sors ta' dħul li hu tant importanti għall-iżvilupp ta' pajjiżna," qal il-President.

Il-President ried iwassal messa'' ta' ottimiżmu: "Aħna għandna x'nirbħu minn klima ta' paċi li kull gvern għandu l-interess li jistimula fil-Mediterran. Aħna għandna nifhmu li t-turist ji'i hawn ħafna drabi in kompetizzjoni ma' postijiet oħra. Ma nistgħux ninsew dan l-istat ta' fatt, iżda aħna għandna r-responsabbilita' biex inressqu t-turiżmu lejn Malta."

"Pajjiżna għandu jħares lejn it-turiżmu b'sens kbir ta' responsabbilita' u kull min hu involut fit-turiżmu, sew direttament u sew jekk indirettament, għandu jkun konxju mill-fatt li żball anki mhux kbir jista' jkollu effetti fit-tul." F'messa'' dirett lill-istudenti ta' l-ITS, il-President fakkarhom li huma "l-ambaxxaturi ta' Malta" għaliex huma l-iktar nies li jkunu f'kuntatt dirett mat-turist u li jwasslu l-imageta' Malta fost il-barranin.

Il-President qal li f'Malta nistgħu nifirxu iktar mhux biss fil-kamp tat-turiżmu kwantitattiv iżda f'dak kwalitattiv, mingħajr ma wieħed jeskludi lil ieħor. Huwa kompla jgħid li jeħtie' li tinżamm il-kompetittivita' kemm fil-prezzijiet u fis-servizz, u wissa li kulħadd li b'xi mod ikun involut fl-industrija tat-turiżmu jista' jgħamel sew 'id għall-industrija kif ukoll ħsara bl-im'ieba tiegħu u s-servizz li jagħti.

"It-turiżmu javvanza bl-għaqal li wieħed iħares fit-tul u mhux lejn profitt immedjat. It-turiżmu mhuwiex investiment ta' i'ri u 'erri, iżda investiment fit-tul."

Waqt iż-żjara fl-Istitut, il-President kien akkumpanjat mill-Ministru tat-Turiżmu Michael Refalo, miċ-Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi ta' ITS Albert Muscat Inglott, u uffiċjali għolja tal-Ministeru tat-Turiżmu. Saret ukoll preżentazzjoni dwar l-Istitut mid-direttur ta' l-istudji Michael Pinchbeck.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow