Left arrow Mur Lura

BEDA JITWAQQA' L-HAJT TA' BORMLA

PR0267
Date Icon 02/03/2000

BEDA JITWAQQA' L-'�AJT TA' BORMLA

'�Haddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent dalgħodu bdew iwaqqgħu l-ħajt ta' Bormla, fil-preżenza tal-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech u l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi Josef Bonnici.

It-twaqqigħ tal-ħajt, li jissepara l-Baċir Nru 1 minn Triq Santa Tereża u parti minn Pjazza Gavino Gulia, seta' jibda wara li fix-xhur li għaddew l-Awtorit'� ta' l-Ippjanar approvat applikazzjoni għat-twaqqigħ tiegħu kif ukoll applikazzjoni oħra biex minflok il-ħajt isir railing sabiħ tal-ħadid, li qed jinħadem minn ħaddiema tat-Tarzna.

Il-ħajt, li ilu snin twal ikerraħ l-inħawi, hu twil madwar 320 metru. F'dawn l-aħħar 'ranet, ħaddiema mill-Unit tad-Distretti tat-Taqsima tax-Xogħlijiet u oħrajn bdew jibnu l-pedamenti li fuqhom jinbnew kolonni biex bejniethom jitwaħħal il-ħadid li kien disinnjat mill-Perit Emanuel Buttigieg, mit-Taqsima tax-Xogħlijiet. Peress li l-pedamenti li fuqhom se jeħlu r-railings saru bejn il-ħajt eżistenti u l-baċir, wara li jitwaqqa' l-ħajt kollu titwessa' l-bankina eżistenti.

F'kumment lill-'urnalisti, il-Ministru Francis Zammit Dimech wera s-sodisfazzjon tiegħu li bit-twaqqigħ ta' dan il-ħajt qed titwettaq ix-xewqa tal-Bormliżi li ilhom is-snin twal jitolbu li l-ħajt jitwaqqa' biex tkun tista' titgawda l-veduta li kien qed jgħatti l-istess ħajt. Hu qal li dan hu l-ewwel pass biex dawk l-inħawi ta' Bormla jingħataw dehra isbaħ bl-iżvilupp tal-Baċir Nru 1 f'ċentru ta' l-ogħla attivit'� kulturali u kummerċjali u ta' rikreazzjoni.

Hu żied li dwar dan l-iżvilupp, iż-żew' konsorzji li se jagħmlu l-pro'ett tal-Kottonera di''� għamlu rappreżentazzjonijiet flimkien lill-Kunsill tat-Tarzna li, min-naħa tiegħu, issa qed jikkunsidra l-proposti li saru.

Il-Ministru Zammit Dimech semma wkoll li kien re'istrat progress sostanzjali fil-proċess ta' l-applikazzjonijiet li tressqu miż-żew' konsorzji – Port Cottonera Ltd u l-Cottonera Waterfront Group – tant li teżisti l-possibbilt'� li wħud mill-applikazzjonijiet se jkunu diskussi u deċiżi mill-Bord ta' l-Awtorit'� dan ix-xahar stess. B'hekk hu ttamat li x-xogħol ma jdumx ma jibda.

Hu qal li l-konsorzji għamlu tibdiliet f'uħud mid-disinnji tagħhom skond ma ntalbu jagħmlu mid-Direttorat ta' l-Iżvilupp. Dawn kienu jinkludu xi tibdil fid-disinn tal-yacht marina biex ikunu jistgħu jintlaqgħu talbiet li saru mill-Kunsill Lokali ta' l-Isla. Hu żied li fost l-applikazzjonijiet li mistennija jkunu deċiżi fil-'imgħat li 'ejjin hemm full application għall-iżvilupp mill-Cottonera Waterfront Group tal-parti tal-Kottonera bejn Carafa Stores u l-Menqa, kif ukoll il-parti li ti'i faċċata tal-Kalkara.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow