SKEMA TA' GĦAJNUNA BIEX IKUNU RIABILITATI FAĊĊATI TA' DJAR FL-IMDINA
SKEMA TA' G'�AJNUNA BIEX IKUNU RIABILITATI FAĊĊATI TA' DJAR FL-IMDINA
Il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina llum nieda skema ta' għajnuna għal dawk ir-residenti fl-Imdina li jixtiequ jirriabilitaw il-faċċata tad-dar tagħhom.
Waqt laqgħa li saret dalgħodu fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali ta' l-Imdina, il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech enfasizza li kwalunkwe xogħol fil-faċċati li se jkun jikkwalifika għal sussidju mingħand il-Kumitat, ikun jeħtie' il-permess ta' l-Awtorit'� ta' l-Ippjanar u l-applikazzjoni tkun trid issir minn min ikun se jitlob l-għajnuna.
Hu spjega li taħt din l-iskema, il-Kumitat se jagħti sussidju ta' mhux aktar minn Lm1,000 għal xogħlijiet li jistgħu jsiru biex ikunu restawrati jew riabilitati faċċati ta' postijiet residenzjali. Is-sussidju jrid ikopri 60 fil-mija ta' l-ispejjeż waqt li s-sid irid joħro' il-kumplament. L-applikazzjoni għas-sussidju tkun trid issir minn perit biex ikun żgurat li kwalunkwe xogħol li jsir ikun skond kriterji professjonali stabbiliti. L-ispejjeż professjonali jkunu jistgħu jiffurmaw parti mit-talba għas-sussidju.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li din l-iskema hi inizjattiva importanti li permezz tagħha l-Kumitat għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina mhux biss se jwettaq pro'etti fuq bini ta' ċertu importanza, iżda se jagħti lok biex isiru pro'etti mferrxa ma' l-Imdina kollha.
Hu żied li permezz ta' dan il-Kumitat, il-Gvern irid li l-ħidma li hemm ippjanata għal din il-belt storika tinħass ma' l-Imdina kollha, ħalli tabilħaqq ir-riabilitazzjoni tkun mifruxa ma' kullimkien. Hu tenna li din l-inizjattiva hi konferma oħra ta' kemm il-Gvern preżenti hu determinat li jagħti lill-Imdina l-attenzjoni kollha li jixirqilha. Hu qal li għalkemm il-problemi huma kbar di''� qed jidher il-frott tal-ħidma intensiva li beda jwettaq il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina.
Il-Ministru Zammit Dimech stqarr li għalkemm dan il-Kumitat ilu mwaqqaf biss minn Awissu tas-sena l-oħra, di''� ħa diversi inizjattivi biex iħejji u jattwa l-ħidma tiegħu. Din it-tħejjija kienet tinkludi identifikazzjoni ċara ta' dak li hemm bżonn biex isir Master Plan; pjan ta' azzjoni għall-problemi tal-Palazz ta' Vilhena; taħditiet ma' entitajiet biex is-servizzi jgħaddu minn taħt l-art ħalli aktar 'il quddiem issir il-pavimentazzjoni tal-belt; it-tħejjija ta' rapporti minn esperti fil-qasam tar-restawr għar-restawr tal-bieb prinċipali, tal-bieb tal-Griegi u l-Banca Giuratale; it-tħejjija ta' proposti minn espert barrani biex jiddawlu s-swar; it-tħejjija ta' proposti minn esperti lokali u barranin għad-dawl fl-Imdina stess; u proposti għal titjib fil-'onna u nħawi oħra.
Hu żied li l-Imdina hi belt speċjali u għalhekk hu importanti li l-pro'etti li jsiru jkunu attwati wara li jsiru l-istudji meħtie'a. Fl-istess waqt, iżda, ittieħdet ukoll azzjoni fejn din kienet meħtie'a b'ur'enza. Il-Ministru Zammit Dimech semma, fost l-oħrajn, ix-xogħol ur'enti li sar fil-Palazz ta' Vilhena, il-bidu ta' l-upgrading ta' Triq l-Għareqin u l-parke'' fil-foss, u xogħol ta' titjib fil-'onna Howard.
Hu semma wkoll li kumitat li twaqqaf apposta lesta rapport dettaljat dwar il-qagħda tal-Palazz Vilhena, filwaqt li hemm il-possibbilt'� li ssir wirja dwar l-Imdina fl-"EXPO 2000", li se ssir f'Hanover.
Il-Ministru Zammit Dimech wera t-tama li r-residenti ta' l-Imdina jagħmlu użu mill-iskema ta' sussidju li qed tkun introdotta biex anki huma jagħtu s-sehem dirett tagħhom fir-riabilitazzjoni tal-lokalit'� tagħhom.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN