Left arrow Mur Lura

L-UNJONI EWROPEA MISTENNIJA TGĦIN FIT-TFASSIL TA? STRATEĠIJA DWAR L-ISKART

PR0257
Date Icon 29/02/2000

L-UNJONI EWROPEA MISTENNIJA TG'�IN FIT-TFASSIL TA' STRATEĠIJA DWAR L-ISKART

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li l-Kummissjoni Ewropea qed tikkunsidra talba minn Malta biex tgħin fit-tfassil ta' strate'ija dwar l-iskart solidu fil-gżejjer Maltin. Hu svela wkoll li nbeda l-proċess dwar l-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-A'enzija Ewropea dwar l-Ambjent.

Il-Ministru Zammit Dimech kien qed jitkellem f'laqgħa li saret il-lejla fi Project House, il-Furjana, għal rappreżentanti ta' għaqdiet ambjentali u oħrajn interessati dwar id-dokument ta' konsultazzjoni li kien ippubblikat mill-Ministeru għall-Ambjent fi tmiem il-'imgħa dwar Pjan għall-Immani''jar ta' l-Iskart Solidu f'Malta.

Hu qal li konsulenti mqabbda mill-Kummissjoni Ewropea li di''� żaru Malta f'Jannar li għadda, qed jiffinalizzaw rapport preliminari dwar is-sitwazzjoni ta' l-immani''jar ta' l-iskart solidu fil-gżejjer Maltin u aktar 'il quddiem l-istess Kummissjoni mistennija tgħin fit-tfassil ta' rapport finali li jieħu f'kunsiderazzjoni wkoll il-fehmiet li mistennija jaslu għand il-Gvern b'reazzjoni għad-dokument ta' konsultazzjoni ippubblikat.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-proċess li għaddej minnu pajjiżna fid-dawl ta' l-applikazzjoni għal sħubija fl-Unjoni Ewropea qed jgħin biex nibdew inħarsu b'lenti aktar wiesgħa lejn il-qasam ambjentali. Hu żied li fost l-akbar problemi ambjentali li għandu pajjiżna – bħalma għandhom ukoll ħafna pajjiżi oħra – hi dik ta' l-iskart li dan il-Gvern ħass li għandu jagħtiha priorit'� fi sforz biex ma tibqax tikber aktar.

Kien għalhekk, kompla l-Ministru Zammit Dimech, li tħejja d-dokument ta' konsultazzjoni dwar pjan għall-immani''jar ta' l-iskart solidu. Hu qal li għalkemm is-soluzzjonijiet m'humiex faċli, bl-għajnuna ta' kulħadd din l-isfida tista' tintlaqa'. Hu għamilha ċara li s-soluzzjonijiet ma jistgħux jinstabu mill-Gvern waħdu iżda jrid ikun hemm il-ħin kollu l-kooperazzjoni ta' kulħadd, liema kooperazzjoni wieħed jistenna wkoll fejn tidħol l-indafa fil-pajjiż.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan il-Gvern hu impenjat li jkompli jsaħħaħ il-qafas legali fil-qasam ambjentali billi anki tħejjiet li'i 'dida għall-ħarsien ta' l-ambjent. Hu żied li l-aktar importanti hu li jkunu osservati l-ħin kollu l-li'ijiet u r-regolamenti li jsiru.

Dwar ir-rapport ta' konsultazzjoni dwar l-immani''jar ta' l-iskart, il-Ministru Zammit Dimech spjega li dan qed jissu''erixxi soluzzjonijiet skond kriterji moderni u li huma konformi ma' li'ijiet u regolamenti eżistenti u oħrajn 'odda kif ukoll ma' konvenzjonijiet internazzjonali u le'islazzjoni u policies li di''� huma fis-seħħ f'pajjiżi oħra Ewropej.

Hu żied li l-iskop tal-Pjan hu li jidentifika l-għażliet kollha disponibbli għall-immani''jar ta' l-iskart solidu fil-gżejjer Maltin u li jipprovdi direzzjoni strate'ika li għandha isservi bħala gwida għall-Gvern, il-pubbliku u s-settur privat f'materji li għandhom x'jaqsmu ma' l-immani''jar ta' l-iskart fl-ewwel snin ta' dan il-millennju. B'hekk ikun jista' jonqos l-impatt ta' l-iskart fuq is-saħħa umana u l-ambjent.

Hu semma wkoll l-interess li qed jintwera f'dan il-qasam mis-settur privat u qal li waħda mis-soluzzjonijiet biex tikber l-effiċjenza hi li l-proċess kollu marbut ma' l-immani''jar ikun privatizzat.

Fl-aħħarnett, il-Ministru Zammit Dimech semma li aktar tard din is-sena mistennija ti'i Malta Margot Wallstrom, il-Kummissarju dwar l-Ambjent ta' l-Unjoni Ewropea, bħala parti minn programm ta' żjarat li se tagħmel lill-pajjiżi kandidati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow